Skip to content
tvm.com.mt
Popolin Feedback Form
It-Temp Illum
Min
14°
Max
18°
Upload
Photo/Video
  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • Eurovision
    • Junior Eurovision
    • Junior Eurovision Participants
PROGRAMMI
Comedy Diskussjoni Divertiment Dokumentarji Drama Edukazzjoni Ġrajjiet Kurrenti Informazzjoni Kultura Lifestyle Mużika Oħrajn Prime Time Programmi tat-tfal Saħħa Soċio-Reliġjużi Sports Teknoloġija Varjetà
RIĊENTI
LIVE
  • TVM
  • TVM2
  • Magic Malta
  • Radju Malta
  • Radju Malta 2
tvm.com.mt
Upload
Photo/Video
It-Temp Illum
Min
14°
Max
18°
Ġurnali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-gazzetti tal-lum
Imtella' Jannar 14, 2021
Rapport: Fiorella Pace

Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-faċċati tal-lum.

 

IN-NAZZJON

IN-NAZZJON b’ritratt fil-paġna ta’ quddiem tal-Prim Minsitru Robert Abela bil-ġurnal jgħid li Dr Abela kompla jimmanipula s-sistema demokratika. B’referenza għal dak li seħħ ilbieraħ fil-Parlament fejn ftit mumenti wara li ħa l-ġurament tal-ħatra, Dr Gavin Gulia rriżenja minn membru parlamentari, b’Dr Abela jagħżel hu min se jimla dak il-post parlamentari, il-ġurnal jikkwota lill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech jgħid li dawn huma manuvri u konferma oħra li Robert Abela jinteressah biss mill-interessi partiġġjani u waqqa’ għaż-żufjett l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.

 

THE TIMES

THE TIMES b’ritratt fil-paġna ta’ quddiem ta’ Donald Trump li lbieraħ sar l-ewwel President tal-Istati Uniti li fuqu sarlu impeachment darbtejn.

Rapport tat-Times jgħid li Gavin Gulia irriżenja mill-Parlament ftit mumenti biss wara li nħatar membru parlamentari bil-Partit Nazzjonalista jgħid li din kienet mossa manipulattiva u li waqqgħet għaċ-ċajt lill-parlament.

Rapport ieħor tat-Times jgħid li d-djar tal-anzjani fis-settur privat huma mħassba dwar il-fatt li t-tilqim kontra l-coronavirus qed jitqassam bil-mod ħafna. Waħda mill-operaturi f’dan il-qasam sostniet li d-djar li tmexxi hi għadha ma rċevietx id-dati biex fihom l-anzjani jkunu jistgħu jitlaqqmu.

 

L-ORIZZONT

L-ORIZZONT b’ritratt fil-paġna ta’ quddiem ta’ l-immigranti li ntbagħatu lura f’pajjiżhom bil-ġurnal jgħid li bdiet tħalli l-frott l-ħidma fuq ir-ritorn.

Rapport tal-Orizzont jgħid li fil-persentaġġ ta’ nisa membri fil-parlament tal-pajjiżi Ewropej fl-2020, Malta ikklassifikat fil-45 post. Il-ġurnal jgħid li dan juri kemm pajjiżna għad irid jaqdef biex ikun hemm aktar bilanċ bejn is-sessi fil-parlament.

Il-ġurnal b’rapport s-segretarju tat-taqsima professjonisti, finanzi u servizzi fi ħdan il-GWU avviċinat lill-Assoċjazzjoni tal-Bankiera dwar il-membri tagħha li jaħdmu fil-banek madwar Malta u Għawdex dwar il-possibbilita’ li jitlaqqmu qabel kontra l-covid – 19.

Rapport ieħor tal-Orizzont jgħid li mara ta’ 31 sena li ta’ 16-il sena spiċċat fuq video pornografiku bla ma taf, rebħet iżjed minn 32,000 ewro f’kumpens mit-tlieta mill-ħamest irġiel li kienu involuti fit-tixrid tal-video.

 

THE MALTA INDEPENDENT

THE MALTA INDEPENDENT b’ritratt fil-paġna ta’ quddiem meħud bil-lejla ta’ Bieb il-Bombi fil-Floriana.

Rapport tal-Independent jikkwota lill-President tal-Assoċjazzjoni tat-Tobba, MAM, Dr Martin Balzan, jgħid li l-Gvern irid ikun iżjed trasparenti fl-programm ta’ kif qed tingħata t-tilqima tal-coronavirus. Dr Balzan qal li n-numru ta’ tilqim li qed jasal minn barra u lil min qed jingħata għandhom ikunu ippubblikati.

Il-ġurnal b’rapport li jikkwota lill-Ministru Silvio Schembri jgħid li l-vouchers li jmiss se jitqassmu ladarba s-sitwazzjoni tal-coronavirus tmur għall-aħjar u n-numru ta’ każi ta’ covid 19 jinżel sew. Il-ġurnal jgħid li oriġinarjament il-Gvern kien ippjana li joħroġ dawn il-vouchers f’nofs Jannar.

 

 

Share
Aħbarijiet Oħra
Lokali housing
“Kuntenti li fl-aħħar għandna dar tagħna” – il-koppja li saret sid ta’ darha għall-ewwel darba
Lokali
Taqta’ mix-xogħol fil-ħin liberu tiegħek?
Enerġija
Il-PN jinsisti fuq it-trasparenza dwar l-applikazzjoni tal-pipeline tal-gass – il-Gvern jgħid li propjetà tal-KE
COVID-19
Iċ-ċentri li fihom qed tingħata t-tilqima kontra l-COVID mistennija jirduppjaw fil-jiem li ġejjin – id-Deputat Prim Ministru
Aktar
L-Aħbarijiet tat-20:00
21/01/2021
Kronaka
Il-Pulizija tiżvela l-pjanċi tal-vettura ta’ Marcel Pisani bit-tama li jinstab
Lokali persuni neqsin
“Lejl u nhar nhewdnu x’seta’ ġara, fejn seta’ mar” – il-ġenituri ta’ Marcel Pisani
Lokali Il-Malti
Finlandiż li tgħallem il-Malti: “Ngħix hawn u hi kwistjoni ta’ rispett”
Barranin
ARA: Tinbela’ min-nirien kumpanija li qed tipproduċi t-tilqima kontra l-Covid-19 fl-Indja
Qorti
“Il-Qorti mhu se tħalli lil ħadd jagħmilha ta’ cowboy fit-triq” – Xahar ħabs talli ħebb għal mara
“Kuntenti li fl-aħħar għandna dar tagħna” – il-koppja li saret sid ta’ darha għall-ewwel darba
Taqta’ mix-xogħol fil-ħin liberu tiegħek?
Iċ-ċentri li fihom qed tingħata t-tilqima kontra l-COVID mistennija jirduppjaw fil-jiem li ġejjin – id-Deputat Prim Ministru
50 persuna b’diżabilità jgħixu b’mod indipendenti f’10 idjar li l-Aġenzija Sapport għandha fil-komunità
Il-Gvern se jixtri 109 sodod f’Dar l-Annunzjata f’Tal-Barrani
Flyover u żewġ mini flok ir-roundabout tal-Gudja b’investiment ta’ €18-il miljun
Id-Deputat Prim Ministru jagħti aġġornament dwar il-proċess tat-tilqim tal-Covid
Bdiewa se jgawdu minn aċċess aħjar għar-raba’ tagħhom – mibnija mill-ġdid 3km toroq rurali fil-Gudja
Veru li f’pajjiżna mhux illegali li tisraq l-identità ta’ ħaddieħor online?
Prodotti sostituti għall-plastik huma ogħla mill-plastik?
Trump ma bediex gwerer f’pajjiżi oħra iżda fetaħ fronti ta’ gwerer f’pajjiżu – Prof. Pace
L-eks ambaxxatriċi tal-Istati Uniti għal Malta fiduċjuża li Pete Buttigieg jagħmel biċċa xogħol tajba
Home Agħmel Kuntatt Magħna Dati Importanti
Privatezza Termini tal-użu

Fittex bi frażi

  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
    • Back
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
    • Back
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • Eurovision
    • Junior Eurovision
    • Junior Eurovision Participants
    • Back