Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-gazzetti tal-lum il-Ħadd

The Sunday Times of Malta tirraporta li l-Ministeru tal-Finanzi qed jirreżisti tentattiv mill-Uffiċju tal-Prim Ministru biex jinbidel il-kap tat-tax compliance unit li qed jinvestiga il-każijiet tal-Ministru Konrad Mizzi u ċ-chief of Staff fl-Uffiċju tal-Prim Ministru Keith Schembri. Il-membru Parlamentari Ewropew Laburista Alfred Sant qal li jxebbaħ il-politika Maltija ma’ teledramm, hekk kif id-differenzi fil-prinċipji bejn iż-żewġ partit qed jisfumaw fix-xejn. Intant, ritratt separat juri lil captain ta’ Real Madrid Sergio Ramos jgħolli it-tazza taċ-Champions League hekk kif il-Madrileni rebħu l-kompetizzjoni għall-11-il darba wara l-għoti tal-penatlies.

It-Torċa tgħid li impjegat tal-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali qed jiġi investigat għal allegat imġieba mhux xierqa wara talba li saret minn deputat parlamentari. Dan wara li id-deputat Laburista Michael Falzon kiteb fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook li l-impjegat, Antoine Calleja, huma magħruf sew għall-involviment politiku tiegħu. Fi storja oħra, id-Direttur tas-Sedqa George Grech qal li hemm abbuż inkwetatanti ta’ alkoħol u drogi sintetiċi, hekk kif il-biċċa il-kbira tal-każi ta’ alkoħol jinvolvu persuni li ġejjin minn pajjiżi Afrikani u Musulmani.

Il-Mument tgħid ‘Mhux se nibżgħu minnek!’ hekk kif tirraporta li ċ-chief of Staff fl-Uffiċju tal-Prim Ministru hedded lil kumpanija li tippublika il-gazzetta Media link Communications bil-Qorti. Intant fi storja oħra jingħad li hemm il-provi tal-abbużi fl-għoti tal-voti lil barranin, hekk kif il-Partit Nazzjonalista talab lill-Prim Ministru biex ma jibqax sieket fuq skandlu ieħor li seħħ fl-Uffiċċju Eelettorali li jaqa’ fid-dekasteru tiegħu. Dan hekk kif l-imħallef Giovanni Bonbello qal li il-bejgħ tad-dritt tal-vot lil min mhux residenti f’Malta jammonta għall-prattiċi ħżiena u għalhekk “hu delitt”.

MaltaToday tippublika stħarriġ li jindika li l-Prim Ministru Joseph Muscat għandu vantaġġ ta’ seba punti fuq il-Kap tal-Oppożizjoni filwaqt li il-Parttit Laburista għandu vantaġġ ta’ punt fuq il-Partit Nazzjonalista, għalkemm iż-żewġ naħat naqsu mill-aħħar stħarriġ. Il-gazzetta tgħid li dan jindika għejja mill-publiku dwar dak li qed joħroġ miż-żewġ partiti filwaqt li Alternattiva Demokratika u Marlene Farrugia żiedu fl-appoġġ. F’rapport ieħor jingħad li id-disinjatur ta’ fama Zaha Hadid ġiet ikkumissjonata bl-iddisinjar ta’ torri ta’ 38 sular f’Mercury House, San Ġiljan, filwaqt li ċ-chairman tal-Bank of Valletta John Cassar White qal li ma jara l-ebda kunflitt ta’ interess billi jikteb l-editorjali għal The Times.

Il-Kullħadd tgħid li bħal bieraħ ħames snin sar referendum li daħħal id-dritt tad-divorzju, bil-gazzetta tiddeskivi dan bħala l-qtugħ tal-ktajjen tal-biża. F’rapport ieħor jingħad li il-Gvern il-ġimgħa d-dieħla se jinawgura l-ewwel laboratorju tad-DNA li mistenni jiffranka l-flus u jħaffef aktar l-operat tal-Qrati.

The Malta Independent on Sunday ukoll tirraporta dwar it-torri li qed jiġi propost f’Paceville, fi storja akkumpanjata b’ritratt tad-disinn propost. Fi storja oħra, ingħad li Stefan Zrinzo Azzopardi qal li huwa kien qed jippjana li joħroġ għall-elezzjoni ġenerali li jmiss qabel kkontesta għall-kariga ta’ deputat mexxej tal-Partit Laburista. Il-gazzetta tirraporta wkoll li d-deputati Joe Mizzi u Godfrey Farrugia mhux se jattendu għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Palumbo Shipyards fl-okkażjoni tal-anniversarju tagħhom.

Il-gazzetta Illum tgħid li bint l-ex-Prim Ministru Dom Minitoff, Yana Mintoff Bland, trid kontrolli fuq il-prezz tal-kera, iżda il-Prim Ministru qalilha li m’hemmx ċans. Fi storja oħra jingħad li fiż-żmien li ġej mistennijna titħabbar skema li għandha l-għan li tgħix lin-negozji li jitmexxew mill-familja billi se jingħġataw nofs l-ispiża biex jaqilbu in-negozju tagħhom online.