Lokali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali

The Times of Malta

Fuq il-faċċata ritratt ta’ waħda mill-karozzi tal-linja li kienu parti mill-flotta li kellha l-Arriva, tieħu n-nar, hekk kif ilbieraħ dawn il-vetturi li kienu miżmuma f’post f’San Ġwann ħadu n-nar.

Fuq il-faċċata wkoll l-eżitu tal-elezzjoni każwali għall-Partit Nazzjonalista lbieraħ, li fetħu l-bibien mill-ġdid tal-Parlament għall-ex Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Godfrey Farrugia, li fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali ħareġ fuq il-Partit Demokratiku. Ilbieraħ min-Naxxar ħarġu bi tbissima fuq fommhom kandidati ġodda għall-Partit Nazzjonalista fosthom Karol Aquilina, Ivan Bartolo, Maria Fatima Deguara, u David Stellini.

Storja oħra li nsibu fuq il-faċċata hija dwar linji gwida tal-Gvern biex il-membri tal-kabinett ma jużawx l-email privat tagħhom, huma difficli biex jiġu infurzati.  L-istorja ssemmi l-kwistjoni li kienet inqalgħet meta l-Ministru Evarist Bartolo uża l-email privat tiegħu biex jiddiskuti materji relatati mal-Ministeru.

The Malta Independent

Fuq il-faċċata ritratt tat-tgħanniqa bejn Godfrey Farrugia u s-sieħba tiegħu Marlene Farrugia, it-tnejn issa kisbu siġġu fil-Parlament f’isem il-Partit Demokratiku. Il-koppja Farrugia, li ħarġu bħala parti minn koalizzjoni mal-Partit Nazzjonalista, se jiffuramaw parti mill-Oppożizzjoni, iżda t-tnejn f’isem il-Partit Demokratiku, l-ewwel darba fl-istorja politika Maltija li se jkun hemm rappreżentazzjoni mit-tielet partit fil-Parlament.

Fuq il-faċċata wkoll storja li tgħid li issa l-ħaddiema tal-port ingħataw mill-ġdid id-dritt li jgħaddu l-liċenzji lill-eredi tagħhom. Dan id-dritt kien tneħħa fl-1992 u issa ngħata mill-ġdid.  Dwar dan kienu saru taħditiet mal-Kummissjoni Ewropea fl-2002.

The Malta Business Weekly

Fuq il-faċċata storja li tgħid li Malta hija l-iktar pajjiż li qed ikompli jikber fl-innovattività fl-Unjoni Ewropea. Malta qed timmarka bħala t-tieni l-iktar pajjiż innovattiv fl-Unjoni Ewropea.  Wara Malta hemm l-Olanda, l-Awstrija u r-Renju Unit.

Fuq il-faċċata wkoll storja li tgħid li Malta għadha fiċ-ċans li tospita l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini. Hemm 19–il pajjiż ieħor li jixtieq jospita din l-aġenzija. L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini tħaddem mad-900 ruħ.

In-Nazzjon

Fuq il-faċċata, il-ġurnal jgħid li wara l-elezzjoni każwali tal-bieraħ, il-Partit Nazzjonalista għandu ħames deputati ġodda inkluż Godfrey Farrugia li ħareġ f’isem il-Partit Demokratiku. Il-ġurnal qed isemmi kif Godfrey Farrugia u erba’ kandidati oħra huma wċuh ġodda għall-Partit Nazzjonalista, li jiffurmaw parti mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.

Fuq il-faċċata wkoll storja li tgħid li l-Awtorità tal-Ippjanar approvat bini ta’ erba’ vilel f’żona ODZ fil-Kalkara u Marsaskala. F’Marsasakala skont il-ġurnal ħareġ permess biex bini antik jinbidel fi   propjetà kummerċjali, ristorant u residenza. L-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar qalet li se titlob investigazzjoni dwar dawn id-deċiżjonijiet tal-awtorità jekk ma jittreġġgħux lura.

L-Orizzont

Fuq il-faċċata storja li tgħid li Malta huwa l-iktar pajjiż li għandu l-inqas dejn ma’ barranin fl-Unjoni Ewropea.  Il-Ministru Edward Scicluna rrimarka li l-fatt li d-dejn tal-pajjiż huwa kważi kollu ma’ istituzzjonijiet u banek lokali, joħloq inqas problemi f’każi ta’ kriżi.

Fuq il-faċċata wkoll l-istorja tal-karozzi tal-linja li ħadu n-nar f’San Ġwann.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Matul il-lejl żewġ karozzi ħadu n-nar f’żewġ lokalitajiet differenti. Għall-ħabta tas-siegħa ta’ dalgħodu, il-pulizija kienet infurmata li fi Triq in-Naħal f’ Ħal Qormi vettura tat-tip Toyota Vitz ħadet in-nar. Dwar…

Lokali

Wara laqgħa li kellhom illejla s-sidien tal-pompi tal-petrol msieħba fil-GRTU, ftehmu li minn għada mhux se jħallu s-servizz tal-fuel bl-automatic. Dan ifisser li s-sevizz mill-pompi se jkun sas-sitta ta’ filgħaxija,…

Lokali

Fredrick Attard stqarr li m’għandux kliem biex jirringrazzja lid-donaturi tad-demm li bil-ġest tagħhom jistgħu jsalvaw lil ommu u lil oħtu li jeħtiġilhom trasfużjoni tad-demm bħala parti mill-kura kontra l-kanċer tas-sider…

Aktar