Ġurnali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

Ħarsa lejn l-istejjer li nsibu fil-faċċati tal-ġurnali tal-lum il-Ħamis 19 ta’ Lulju.

In-Nazzjon

jirrapporta li nhar it-Tlieta uffiċjal tal-ħabs spiċċat aggredita, imsawta u migrufa minn priġuniera waqt li din tal-aħħar kienet qed tittieħed l-Isptar Mater Dei. Il-ġurnal jirrapporta li uffiċjali tal-ħabs jilmentaw man-Nazzjon li għadhom sal-lum mhumiex armati biex ikunu jistgħu jaqdu d-doveri tagħhom kif jixraq. Mar-rapport, ritratt, tat-troffa xagħar maqlugħa minn ras il-gwardjana u grif f’għonq fl-istess gwardjana waqt l-aggressjoni.

Fi storja oħra, il-ġurnal jirrapporta li tibda, fost sigurtà massima, il-kumpilazzjoni tas-Serb Bojan Cmelik akkużat bil-qtil tal-imprenditur Malti Hugo Chetcuti. Żied li l-akkuża tinbidel minn waħda ta’ attentat ta’ qtil għal waħda ta’ omiċidju volontarju.

Times of Malta

jirrapporta li r-raġel akkużat bil-qtil ta’ Hugo Chetcuti, deher fil-Qorti liebes bullet proof vest u mdawwar b’pulizija armati liebsa wkoll ilbies protettiv. Liebes shorts navy blue u T-Shirt, Bojan Cmelik, ta’ 35 sena, fil-Qorti nstemgħet xhieda jgħidu kif is-Sur Chetcuti, ta’ 52 sena, qala’ żewġ daqqiet ta’ sikkina fl-istonku fis-6 ta’ Lulju, fuq barra ta’ wieħed mill-istabbilimenti tal-vittma.

Fi storja oħra, membri tal-ġudikatura ser jaraw żidied fis-salarju tagħhom tul it-tliet snin li ġejjin wara ftehim li sar aktar kmieni din il-ġimgħa. Il-ġurnal żied li minkejja li l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici rrifjuta milli jagħti dettalji, il-ġurnal infurmat li s-salarju l-imħallfin u l-maġistrati ser jiżdied b’iktar minn 25%.

Fi storja ritratt, parti mill-Pjazza ta’ San Ġorġ inbidlet f’pitch kbir tal-voleyball

L-Orizzont

Bit-titlu, “Sena tajba għall-Air Malta”, L-Orizzont jirrapporta li l-kumpanija mistennija tagħmel break even minkejja ż-żieda fil-prezz internazzjonali taż-żejt u tikkonsidra li tibda toffri wkoll is-servizz tal-wifi u żżid ir-rotot.

Fi storja oħra, irrappurtat l-aħħar kliem li Hugo Chetcuti lissen lil ħuh qabel intilef minn sensieh u eventwalment miet. Huwa qal li qallu “Għalfejn għamilli hekk? Lanqas biss nafu”.

Fi storja ritratt, il-Gnereal Workers’ Union b’attività fl-Isptar San Vinċenż.

The Malta Independent

jirrapporta lill-Arċisqof Charles Scicluna jgħid li tħalli n-nies imutu f’dak li sejjaħ bħala deżert blu, tmur kontra d-diċenza. Huwa kien qed jikkummenta dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Fi storja ritratt, qanpiena ġdida minflok dik eżistenti fil-Katidral tal-Imdina.

Fi storja oħra, il-ġurnal jirrapporta li lbieraħ il-Qorti semgħet li meta n-negozjant Hugo Chetcuti kien konxju wara d-daqqiet ta’ sikkina li qala’ fil-lejl ta’ qabel, qal lil ħuh Isaac, “Għalfejn għamilli hekk? Lanqas biss nafu”? Il-ġurnal żied li l-kliem “Qed inħoss li ser immut” kien fost l-aħħar kliem li lissen il-vittma, wara li aktar tard ġie operat u ma reġax ġie konxju. Isaac Chetcuti kien qed jixhed waqt il-każ kontra Bojan Cmelik.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Caven Cutajar ta’ 48 sena miż-Żurrieq wieġeb mhux ħati ta’ akkużi ta’ vjolenza domestika kontra s-sieħba tiegħu fosthom biża’ li ser tintuża vjolenza kontra tagħha u li ħebb għaliha. Il-prosekuzzjoni…

Qorti

Emanuel Cilia, raġel ta’ 68 sena, tressaq il-Qorti akkużat li darab lill-eks sieħba tiegħu, heddidha bil-mewt, kiser il-paċi pubblika u li wassalha għall-biża’ li se tintuża l-vjolenza kontriha u kontra…

Qorti

Kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Alfred u George Degiorgio u Angelina Pop akkużati b’ħasil ta’ flus. Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud xehdu diversi rappreżentanti ta’ kumpaniji tal-assikurazzjoni li taw rendikont…

Qorti

Tressaq il-Qorti Charlot Gauci li kien ilu li għeb għal dawn l-aħħar sentejn u jinsab akkużat li ffroda €16,000 lil Luigi Susino u Catherine Zammit. F’dawn is-sentejn Gauci qatt ma…

Aktar