Ġurnali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

Ħarsa lejn il-ġurnali tal-lum is-Sibt 21 ta’ Lulju

L-Orizzont

Fl-ewwel faċċata hemm tliet stejjer. Storja b’ritratt tal-Prim Ministru Joseph Muscat waqt l-inawgurazzjoni uffiċjali ta’ Pjazza de Paule fil-qalba ta’ Raħal Ġdid ilbieraħ filgħaxija bil-Prim Ministru jgħid li dan il-proġet inawgura mill-ġdid il-ħajja ta’ dan il-lokal. Storja oħra bit-titlu il-Bank of Valletta jitlef appell dwar €363 miljun. L-istorja hija dwar l-appell mitluf fil-qorti Taljana dwar il-mandat ta’ sekwestru fuq 363 miljun ewro b’rabta mal-kaz Deiulemar. Storja oħra hija dwar il-kuntrabandu tas-sigaretti mill-baħar li huwa fil-mira tad-dwana. Il-ġurnal ikellem lid-Direttur Ġenerali tad-Dwana Joseph Chetcuti għar-reazzjoni tiegħu dwar l-aħħar qabda tas-sigaretti bil-kuntrabandu li ddaħħlu llegalment minn fuq il-baħar.

Times of Malta

Fl-ewwel faċċata tal-ġurnal Times of Malta żewg stejjer – waħda dwar il-possibiltà ta’ strike tal-kontrolluri tal-ajru tal-kumpanija nazzjonali Air Malta. L-istorja tal-Bank of Valletta li tilef l-appell dwar il-mandat ta’ sekwestru fuq €363 miljun fil-każ tal-kumpanija Deiulemar ukoll tiġi trattata fl-ewwel paġna ta’ dan il-ġurnal.

In-Nazzjon

Fl-ewwel faċċata tal-ġurnal In-Nazzjon storja b’ritratt dwar il-bidu tal-maratona Ohloq Tbissima li d-dettalji tagħha jinqraw fil-paġni ta’ ġewwa u mbagħad żewġ stejjer oħra. Waħda dwar id-dewmien li qed jikkawża nuqqasijiet fis-servizz tas-saħħa u fi storja oħra naqraw kif raġel ta’ 29 sena minn Ħal Qormi ġie akkużat b’evazjoni ta’ iktar minn 250 elf ewro f’dazju.

The Malta Independent

Fl-ewwel faċċata naraw storja b’ritratt dwar is-servizz tal-Life Guards issa li s-sajf daħal ġmielu. Dan is-servizz offrut mill-Malta Red Cross u r-ritratt juri postazzjoni ta’ Life Guard li hemm fiż-żona ta’ Fra Ben fil-Qawra. Fl-ewwel faċċata trattata wkoll l-istorja tal-Bank of Valletta li tilfet l-appell dwar it-363 miljun ewro mal-każ tal-kumpanija merkantili Deiulemar. U fi storja oħra naqraw li l-union tal-Infermiera l-MUMN hija fiduċjuża li d-diskussjonijiet dwar il-ftehim settorjali ma jwassalx għal iktar azzjonijiet industrijali.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern u l-Birdlife Malta dwar l-amministrazzjoni tas-Salini tal-Melħ fis-Salina. Bi ftehim mal-Gvern, il-Birdlife ser tmexxi dan is-sit li huwa l-ikbar riżerva naturali f’Malta. Is-Salini tal-Melħ fis-Salina,…

Agrikultura

Il-ġbejniet tradizzjonali Maltin mistennija jkunu aktar abbundanti b’tibdil fil-liġi li ser tippermetti raħħala żgħar kważi jirduppjaw il-produzzjoni tagħhom. Madankollu dal-pass xejn mhu jogħġob lir-raħħala u produtturi l-kbar li kienu obbligati…

NGOs

Qabel kiseb suċċess fil-karriera mużikali bħala tenur, Cliff Zammit Stevens għadda minn esperjenzi qarsa, b’ommu ssofri quddiemu vjolenza fiżika kontinwa fir-relazzjonijiet tagħha. Disa’ xhur wara mewtha, Cliff irrakkonta l-ġrajjiet koroh…

Kronaka

Raġel ta’ 41 sena weġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur fil-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 ta’ waranofsinhar fi Triq San Tumas. Il-Pulizija qalet li mill-ewwel tagħrif jirriżulta li seħħet ħabta…

Aktar