Lokali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

Nagħtu ħarsa lejn ir-rapporti ewlenin ippubblikati fil-paġni ta’ quddiem tal-gazzetti tal-lum il-Ġimgħa 10 ta’ Awwissu 2018

L-Orizzont

Għandha erba’ rapporti fuq il-paġna ta’ quddiem. L-ewwel wieħed jgħid li l-General Worker’s Union hija mħassba dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol fit-Tarzna ta’ Palumbo speċjalment dwar il-livell ta’ saħħa u sigurtà.

Rapport ieħor jgħid li ħadd ma għandu jkun passiv għall-ibbuljar. Dan jgħidu Ben Camille fil-kampanja li qed imexxi kontra l-bullying.

Artiklu ieħor jispjega li fil-ġimghat li ġejjin għandu jkun ippubblikat l-abbozz ta’ liġi dwar il-kera li tant huwa mistenni.

Ir-raba’ rapport jgħid li kienu esportati lejn il-Ġappun aktar minn €88 miljun f’ħut is-sena l-oħra. Il-Ministru Carmelo Abela tkellem waqt żjara li għamlet delegazzjoni Maltija fil-Ġappun. Spjega li fost oħrajn kienet dikussa l-possibilità li jkun iffirmat ftehim dwar it-taxxa dobbja ħalli jkun aktar faċli l-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi.

In-Nazzjon

Permezz ta’ ritratt tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia quddiem il-Qorti tgħid li huwa ressaq rikors Kostituzzjonali kontra l-Avukat Ġenerali biex jagħtih kopja sħiħa tal-inkjesta tal-Maġistrat Bugeja.

Rapporti oħra li jkomplu fuq il-paġni ta’ ġewwa jitratta delitt li sar 18-il sena ilu b’żewġ akkużati jippreżentaw rikors jilmentaw li qed jiskrulhom id-drittijiet tagħhom, it-terrimot fl-Indoneżja li jingħad li ħalla 131 persuna mejta u aktar minn 150,000 mingħajr saqaf fuq rashom, u seba’ xhur wara t-tqegħid ta’ bomba taħt karozza fil-Fgura, it-tliet akkużati jingħataw il-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li jħallsu garanzija personali ta’ €70,000 u depożitu ta’ €30,000 kull wieħed.

The Malta Independent

Turi wkoll lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ħiereġ mill-Qorti fejn talab li r-rikors dwar li jingħata kopja tar-rapport tal-inkjesta dwar il-kumpanija Egrant jinstema’ b’urġenza.

Rapport ieħor li jgħid biex li jitwaqqfu l-karozzini jispjega li din tkun miżura mgħaġġla u mhux realistika. Dan qalitu il-preżentattriċi Moira Delia. Jingħad ukoll li l-maġġoranza taż-żwiemel li jintużaw f’dan il-qasam jinżammu tajjeb ħafna.

It-tielet rapport jgħid li ż-żieda fil-vetturi kienet b’medja ta’ 12,000 fis-sena mill-2014 ‘l hawn. Bħalissa fit-toroq Maltin hemm 80,000 vettura aktar milli kien hemm fl-2009.

Times of Malta

Tgħid li l-familja ta’ Daphne Caruana Galizia talbet inkjesta pubblika biex tistabbilixxi jekk il-mewt tagħha setgħatx tkun evitata. Caruana Galizia nqatlet permezz ta’ karozza bomba f’Ottubru li għadda.

Rapport ieħor filwaqt li juri żiemel tal-karozzini taħt tinda jgħid li filwaqt li attivisti għall-ħarsien tal-annimali qed jitolbu li jitwaqqaf dan is-servizz, is-sewwieqa tal-karozzini qed jgħidu li dan iwassal biex jitilfu ħobżhom.

It-tielet rapport jgħid li wieħed minn kull tliet trabi qed jitwieldu barra ż-żwieġ.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Mistenni jibda x-xahar id-dieħel ix-xogħol ta’ twaqqiegħ u tħammil għat-tieni dar residenzjali għal persuni bil-marda newroloġika tal-ALS. Il-proġett, f’Ħaż-Żebbuġ, mistenni jiswa sitt miljun Ewro. Ma’ TVM, il-fundatur tal-Fondazzjoni ALS Malta,…

Stejjer Umani

L-imħabba hi minsuġa fil-karattru ta’ William Saliba. L-altruwiżmu tiegħu jispikka ma’ pazjenti b’mard fil-kliewi. Għamel l-isfida tal-Lifecyle tnax-il darba…iżda fuq kollox kien bħas-Samaritan it-Tajjeb, b’ġest ma’ raġel ieħor meta tah…

Reliġjon

Matul il-Ġimgħa Mqaddsa, it-teatru Orpheum fil-Gżira serva ta’ knisja għall-komunità Kattolika minn Kerala fl-Indja. Fil-Ġimgħa l-Kbira, filgħaxija mal-elf ruħ inġabru għall-adorazzjoni tas-salib. Wara, fit-toroq tal-Gżira u Tas-Sliema, xeni mhux tas-soltu…

Aktar