Ġurnali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

Nagħtu ħarsa lejn l-ewwel paġna tal-ġurnali llum:

In-Nazzjon fl-ewwel paġna għandha storja ritratt tal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca li lbieraħ għamlet żjara mhux tas-soltu f’Kemmuna fejn iltaqgħet ma’, fost l-oħrajn, Salvu Vella u ħutu li jgħixu fuq din il-gżira u mal-kuratur tat-Torri ta’ Santa Marija. Artiklu fuq l-ewwel paġna jirrimarka l-pożizzjoni li ħa l-Partit Nazzjonalista dwar il-bżonn li l-Gvern ikun ċar dwar it-trasport fl-iskejjel. U konsegwenza ta’ ħabta ta’ karozza ma’ trakk tal-ġebel, mara ta’ 27 sena titlef it-tarbija tagħha. U fl-Ingilterra, jibda l-istaġun tal-Premier b’rebħa ta’ tnejn b’wieħed għal Manchester United fuq Leicester City f’Old Trafford.

Fl-ewwel paġna ta’ L-Orizzont, l-istorja dwar kif erba’ prostituti li kienu jaħdmu f’massage parlours u li huma se jiġu deportati. Fil-Qorti, l-erba’ nisa li huma mill-Ewropa tal-Lvant rrakkontaw kif kull klijent kien jagħtihom ħamsin ewro, b’nofshom jingħataw lil min iħaddimhom. Fit-Torċa għada, Nickie Vella de Fremeaux li hija l-mara tal-Kap tal-Oppożizzjoni, se tagħti r-reazzjonijiet tagħha għall-esperjenzi ta’ bullying li qed jgħaddi minnhom binha. Miċħud rapport li deher f’ġurnal lokali b’rabta ma’ xogħolijiet fl-iskejjel: kelliem għall-ministeru tal-edukazzjoni jgħid li dawn ix-xogħolijiet ma ħallew l-ebda impatt fuq it-tfal li jattendu SkolaSajf.

Times of Malta bl-istorja ritratt fl-ewwel paġna dwar il-bidu uffiċjali tal-istaġun tal-lampuki. Il-ġurnal bl-artiklu ukoll fl-ewwel paġna dwar ħanut tal-massaġġi f’Malta li kien jintuża bħala skuża għall-prostituzzjoni u ir-rakkont ta’ erba’ nisa, tliet ukreni u oħra mill-Moldova li lkoll ammettew li kienu ħatja tal-akkużi konnessi mal-prostituzzjoni li nġiebu kontrihom fil-qorti. Il-qtil mhux solvut ta’ Daphne Caruana Galizia jitiqies bħala theddida għall-ġurnalisti skont membru parlamentari ewropea olandiża li tkellmet mal-BBC dwar kif il-ġurnalisti se jibqgħu jħossuhom mhedda sakemm dan il-każ ma jkunx solvut.

The Malta Independent: Ritratt li juri xena pittoreska minn Għawdex ta’ tlugħ ix-xemx f’Marsalforn. Artiklu fl-ewwel paġna dwar ir-rapport finanzjarju tal-Kurja. Fl-2017, żdiedu l-pagi u s-sussidji u naqas is-surplus. Matul is-sena li għaddiet l-Arċidjoċesi ta’ Malta rreġistrat tnaqqis ta’ ftit iktar minn miljun u erba mitt elf ewro fis-surplus nett. U f’rapport fl-ewwel paġna, l-istorja dwar kif l-awtorità tal-ambjent u r-riżorsi ħarġet ordni ta’ infurzar biex twaqqaf raġel anzjan li jindokra tliet mitt papra fis-sit tan-Natura Elfejn. L-awtorità ikkonkludiet li l-attivitajiet tar-raġel qed ikollhom effett negattiv fuq il-biodiversità.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Mandy Vella li għandha 24 sena biss qed tgħix bi tbatija kbira minħabba li tbati b’Cystic Fibrosis. Hija tgħid li din qed taffettwalha l-pulmun u l-firxa, tbati bil-qtugħ ta’ nifs…

Avjazzjoni

Fl-istorja Maltija tal-avvjazzjoni, l-1969 ma kinitx l-isbaħ paġna. F’temp ta’ tliet xhur, nofs seklu ilu, seħħew żewġ disgrazzji tal-ajru b’ajruplani militari. L-istorja tagħhom hija fost kważi elf inċident tal-ajruplan li…

Lokali

Il-Fondazzjoni Blue Light, imwaqqfa mis-Surġent Simon Schembri mistennija tiftaħ l-ewwel dar tagħha biex tilqa’ fiha uffiċjali tal-forzi dixxiplinati li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Il-Ħadd filgħodu f’Ħal Safi saret attività…

Għawdex

Dalgħodu f’Dar Arka, Għajnsielem, saret quddiesa mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech bħala talba ta’ radd il-ħajr lil Alla fi tmiem il-mandat tal-President Marie-Louise Coleiro Preca. Fi kliem il-President, l-Ewkaristija…

Aktar