Ġurnali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

In-Nazzjon: Fuq il-faċċata, kif qed jagħmlu ħafna mill-ġurnali tal-lum, ritratt tal-Prim Ministru Ingliża Theresa May li lbieraħ irnexxielha ssalva minn vot ta’ sfiduċja kontriha fil-partit konservattiv b’200 vot favur u 117-il vot kontra biex b’hekk għandha maġġoranza favuriha ta’ 83 vot. Theresa May ilbieraħ tat l-ewwel kummenti tagħha wara li rnexxielha tibqa’ fil-kariga, fejn wegħdet li se tagħti lill-poplu dak li xtaq fuq Brexit. Fuq il-faċċata wkoll storja li tgħid li priġunier instab mgħallaq fiċ-ċella tiegħu fil-ħabs ta’ Kordin. Il-priġunier li kien qed jinżamm f’diviżjoni 11 tal-ħabs instab mgħallaq fiċ-ċella nhar it-Tlieta waranofsinhar. Il-ġurnal qed jgħid li t-tmexxija tal-ħabs qed taħbi dak li ġara u tgħid biss li priġunier miet u li dwar dan għaddejja inkjesta maġisterjali.

The Times: Il-ġurnal ukoll jagħti importanza għall-vot ta’ sfiduċja kontra l-Prim Ministru Ingliża Theresa May, fejn May irnexxielha tirbaħ dan il-vot. Ir-rapport jagħti dettalji dwar kif din il-Prim Ministru Ingliża qatt ma kellha vjaġġ politiku faċli sa minn mindu laħqet fl-2016.
Storja oħra fuq il-faċċata tgħid li x-xibka li qed tintuża għall-insib qed tikkawża moħqrija għall-għasafar. Dan wara li lbieraħ fil-Qorti ta’ Għawdex, il-Maġistrat Joe Mifsud qal li x-xibka ikbar li qed tintuża għall-insib qed tikkawża moħqrija għall-għasfur maqbud għaliex t-toqob tant huma kbar li meta l-għasfur jipprova jaħrab minnhom, dan qed jispiċċa jitqatta’.

L-Orizzont: Fuq il-faċċata l-Orizzont b’ritratt tal-Prim Ministru Ingliża Theresa May li rnexxielha ssalva minn vot ta’ sfiduċja kontriha fil-partit konservattiv. Fuq il-faccata wkoll storja li tgħid kif Air Malta rreġistrat profitt operattiv” u kif hemm pjani biex minn Malta jiġu operati titjiriet bejn Malta u Mitiga fi Tripli. L-istorja ewlenija tal-ġurnal hija dwar il-mina bejn Malta u Għawdex, fejn il-Ministru Ian Borg kien qal li l-proġett se jkun possibbli wara sejħa internazzjonali, bil-mira hi li l-mina tinbena fi żmien sitt xhur. Intant iċ-Ċermen tal-kumitat tat-tmexxija dwar il-mina bejn Malta u Għawdex, Franco Mercieca, qal li dan il-proġett se jżid ħafna benefiċċji, fosthom l-aċċessibilità, l-investiment barrani u l-gwadann ekonomiku.

The Malta Independent: Fuq il-faċċata l-istorja ewlenija tal-ġurnal titratta dwar l-attakk fi Strasburgu, bit-titlu jgħid li l-Maltin kollha li jgħixu f’dan il-post jinsabu kollha qawwijin u sħaħ. Fost dawk li ndarbu f’dan l-attakk terroristiku, kien hemm ġurnalist Taljan.
Storja oħra tgħid kif matul l-ewwel disa’ xhur tas-sena żaru Malta, qrib id-900,000 turist, jiġifieri 13.3% iktar fuq l-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Ġiet ukoll irreġistrata żieda ta’ ħamsa u għoxrin fil-mija fl-użu ta’ akkomodazzjonijiet privati mit-turisti.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel li kien imfittex mill-Pulizija ġie arrestat matul il-lejl fil-Gżira. TVM segwa l-mument li r-raġel kien iċċirkondat minn tlett vetturi tar-Rapid Intervention Unit fi Triq ir-Rebħa, ftit qabel il-11.30p.m. Sorsi…

Lokali

Il-grupp mużikali Lucy’s Last ħareġ l-ewwel vidjow mużikali tiegħu għal din is-sena – “Goodbye”. Id-diska mfassla fuq stil ‘indie’, għandha elementi tal-mużika elettronika li jagħtu xeħta lill-ġeneru tas-snin 80. Dan…

Lokali

Il-GRTU qalet li se tagħti l-aħħar ta’ din il-ġimgħa biex jingħalqu d-diskussjonijiet dwar il-kwistjoni li żviluppat fuq il-pompi tal-petrol. Fi stqarrija, il-GRTU qalet li lbieraħ saret laqgħa mal-Ministru għall-Enerġija  Joe Mizzi…

Ikel

X’jagħmel lill-ftira daqstant speċjali u x’qed isir biex tiddaħħal fil-lista tal-UNESCO bħala wirt kulturali Intanġibbli? Ftira friska u tqarmeċ imħawra jagħmlu l-ftira biż-żejt mill-aktar appetituża u mfittxija għal ikla ta’…

Aktar