Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

The Times fil-faċċata turi ritratt ta’ Mona Camillieri il-mara ta’ Mario Camillieri l-Imnieħru li nqatel minn ħuha Jason Galea u tgħid li Mona Camillieri qed titlob nofs il-flus, jigiefri €15,000 li Jason Galea ħallas bħala depożitu biex joħroġ bil-libertà għax qalet li dawn nġiebu minn kumpanija li hi u ħuha kellhom flimkien. Storja oħra f’The Times tgħid kif il-proġett propost qrib il-bajja ta’ San Gorg naffar investiment.

The Malta Independent tgħid kif rapport tal-Ernst and Young jgħid kif Malta mistennija jkolla tkabbir aktar minn dak taż-żona ewro sas-sena 2015. Storja oħra f’The Malta Independent tgħid kif il-kaptan tal-vapur li kien qed iġorr pazjent li kien suspettat li kellhu l-Ebola tħalla mingħajr risposta mill-awtoritajiet Maltin wara li għamel talba.

L-Orizzont fl-istorja ewlenija tgħid li is-suċċessur ta’ Tony Zarb fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali se jkun Josef Bugeja u se jkun qed jieħu post Tony Zarb fix-xhur li ġejjin. Il-kariga tiegħu għalissa se tkun Segretarju Ġenerali Designate. L-Orizzont tgħid ukoll li 17 il investitur huma interessati fl-iżvillup tal-White Rocks.

In-Nazzjon fl-istorja ewlenija tagħha tgħid li fil-Pulizija biex taħdem mat-taqsima tal-ALE jew tar-Rapid Intervention Unit trid tkun Laburist jew opportunist. Tgħid wkoll li container qed jintuża bħala għassa f’Marsaskala u sellem wkoll lil David Chricop, cameramen ta’ Net Television li miet ilbieraħ filgħodu.