
IN-NAZZJON
In-Nazzjon, bit-titlu għall-istorja ewlenija “Appoġġ unanimu u fiduċja fil-Kap tal-PN Adrian Delia mill-Kunsill Amministrattiv” jgħid li f’laqgħa li saret ilbieraħ filgħaxija fid-Dar Ċentrali, il-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista b’mod unanimu ddikkjara l-fiduċja u l-appoġġ tiegħu lill-Kap tal-Partit Adrian Delia, filwaqt li kkundanna bl-aktar mod kategoriku l-attakki koordinati u malizjużi li qed isiru kontra tiegħu u kontra l-Partit Nazzjonalista. Fost materji oħra diskussi l-bieraħ, l-Kunsill Amministrattiv approva wkoll numru ta’ kandidati ġodda għall-elezzjonijiet għall-kunsilli Lokali ta’ Mejju li ġej.
F’rapport ieħor, in-Nazzjon jgħid li f’laqgħa li saret ilbieraħ wara nofsinhar bejn il-GRTU u l-Ministru Joe Mizzi, baqa’ ma ntlaħaqx ftehim dwar il-kwistjoni tal-pompi tal-petrol. Fil-fatt mhux eskluż li fl-immedjat jeskalaw l-azzjonijiet.
U b’ritratt tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May, in-Nazzjon fl-ewwel paġna jirrapporta li May rnexxielha tegħleb vot ta’ sfiduċja fil-konfront tagħha u rebħet bi 325 vot kontra u 306 favur. Il-vot kien tressaq mill-Mexxej tal-Partit Laburista Jeremy Corbyn wara li May tilfet il-vot nhar it-Tlieta dwar il-ftehim mal-Unjoni Ewropea għall-Brexit.
TIMES OF MALTA
Times of Malta b’ritratt tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May tindirizza l-House of Commons ftit qabel ma ttieħed il-vot ta’ sfiduċja fil-Gvern tagħha.
Fir-rapport ewlieni tagħha, The Times tgħid li kwart tal-persuni li għandhom ‘il fuq min 65 sena huwma fir-riskju tal-faqar, l-għola rata fl-aħħar 10 snin. Rapport tal-Eurostat ippubblikat din il-ġimgħa qal li l-għola rati kienu rrapportati fl-Estonja, Latvja u l-Bulgarija, waqt li s-Slovakkja, Franza u d-Danimarka rreġistraw l-inqas rati.
Rapport ieħor f’The Times huwa dwar dak li qed iseħħ fi ħdan il-Partit Nazzjonalista fejn ġie rrapportat li d-deputati nazzjonalisti kollha, ħlief wieħed, ma lissnux kelma meta mitluba jiddikkjaraw pubblikament jekk għandhom fiduċja fil-Kap Adrian Delia. L-uniku membru li ta’ risposta ċara li jappoġġja lil Delia kien id-deputat Mario Galea.
L-ORIZZONT
“Mhux se naċċettaw li l-ħaddiema jibqgħu mingħajr il-pagi”, huwa t-titlu li l-Orizzont jagħti għall-istorja ewlenija tiegħu li jgħid li għat-tielet jum wara l-ieħor, il-ħaddiema tal-Astracast komplew bil-picketing kif ordnat mill-GWU wara li baqa’ ma seħħ l-ebda żvilupp fil-kwistjoni li jinsabu għaddejjin minnha l-ħaddiema. Jesmond Marshall, is-Segretarju tat-Taqsima Metall u Kostruzzjoni tal-GWU qal li matul il-jum tal-bieraħ, sid il-kumpanija, li huwa Ingliż, daħal lura għax-xogħol iżda lanqas biss indenja ruħu jmur u jkellem lill-impjegati tiegħu.
l-orizzont jirrapporta ukoll dwar l-aħħar żviluppi fir-Renju Unit u f’kummenti li ta’ l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Carmelo Abela, qal li bħalissa hemm iktar mistoqsijiet minn tweġibiet. Fl-ewwel paġna ritratt tal-membri parlamentari Ingliżi bit-titlu “Theresa May tirbaħ il-vot ta’ sfiduċja”.
L-aħħar rapport fl-ewwel paġna ta’ l-orizzont huwa dwar is-settur agrikolu fejn jgħid li l-bdiewa Maltin ilhom għal diversi xhur jiġu kkritikati rigward l-użu tal-pestiċidi fuq il-prodotti tagħhom, liema rapport qed ipoġġuhom taħt lenti negattiva.
THE MALTA INDEPENDENT
The Malta Independent jirrapporta li l-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista, il-bieraħ filgħaxija b’mod unanimu ddikkjara l-fiduċja u l-appoġġ tiegħu lill-Kap tal-Partit Adrian Delia. Il-Partit Nazzjonalista żied jgħid li l-Kunnsill ikkundanna bl-aktar mod kategoriku l-attakki koordinati u malizjużi li qed isiru kontra tiegħu u kontra l-Partit Nazzjonalista. F’kummenti wara l-laqgħa, Adrain Delia qal li huwa sodisfatt b’dak deċiż.
Fi storja oħra, il-Prim Ministru Ingliż Theresa May salvat vot ta’ sfiduċja kontra l-gvern mmexxi minnha, b’distakk ta’ dsatax-il vot. Wara l-vot tal-bieraħ, May issa se terġa tiffoka fuq Brexit, għax minkejaj li salvat il-bieraħ, xorta għandha l-piż ta’ dak li seħħ nhar it-Tlieta meta l-gvern tagħha gie megħlub b’maġġoranza storika ta’ 230 vot fil-Parlament għall-mod kif innegozjat il-ftehim Brexit ma’ Brussell.
The Malta Independent tippubblika ritratt ta’ siġar żgħar tal-ħarrub u kromb il-baħar fost oħrajn hekk kif il-bieraħ kien iċċelebrat Jum is-Siġar, u saret ċerimonja speċjali f’Wied Għollieqa.




Is-Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Missing Children Europe Aagje Leven qalet li l-fatt bejn l-2014 u l-2017,30,000 tfal immigranti intilfu waqt il-vjaġġ tagħhom ifisser falliment tas-sistema. F’konferenza f’Malta organizzat mill-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid…
Il-Bank of Valletta qal li s-servizz mill-fergħat tal-bank ta’ ħlasijiet lil terzi pajjiżi barra ż-żona Ewro se jerġa’ lura għan-normal min-nhar it-Tnejn li ġej. Dan is-servizz kien għadu sospiż wara is-cyber…
Żewġ Maltin li jinsabu f’Tokyo kellhom sorpriża ħelwa li ħadd ma kien joħlomha. Waqt li kienu f’Tokyo, il-Maltin iltaqgħu ma’ żagħżugħ Ġappuniż li mhux talli jaf xi kelma ‘l hemm u…
Bulgaru li jgħix San Pawl il-Bahar żgiċċa l-proċċeduri kontrih wara żball proċedurali għaliex id-dati tal-akkużi ma tniżżlux sew. Simeon Nikolaw Darakhiev kien akkużat b’hit and run fuq karozza fil-Qawra. Wara…