Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

The Times fl-ewwel paġna jgħid li nuqqas ta’ ppjannar huwa s-sors tal-problemi li kien hemm fi skola sajf. Dan ħareg minn rapport li sar minn bord ta’ inkjesta wara bosta nuqqasijiet mill-bidu ta’ skola sajf. Storja oħra tgħid li l-kummissarju nominat Karmenu Vella ingħata l-konferma mill-membri parlamentari ewropej wara l-iskrutinju li sarlu jumejn ilu.

The Independent jgħid kif l-membri parlamentari ewropej Maltin huwa impressjonati bil-kummissarju nominat Grieg li se jkun responsabbli mil-immigrazzjoni. Storja oħra dwar it-tragedja ta’ Lampedusa tgħid kif rapport tal-Amnesty jistaqsi jekk Malta u l-Italja aggixew b’mod għaqli. Storja oħra tgħid li ġew sparati ‘air guns’ lejn t-tajr qrib l-isptar San Luqa.

Il-Maltatoday jgħid ukoll kif rapport tal-Amnesty International qal li Malta u l-Italja ma aġġixewx b’mod għaqli fuq l-għarqa qrib Lampedusa li ħalliet 200 mejta. Storja oħra tgħid kif Karmenu Vella ingħata l-approvazzjoni għal-Kummissajru Ewropew. Tgħid ukoll kif il-Kap Eżekuttiv tal-kaċċaturi Lino Farrugia fetaħ libell kontra l-Maltatoday fuq karikatura li deret fil-gazzetta.

L-Orizzont jgħid li Karmenu Vella għal ġewwa wara l-iskrutinju li sarlu. Tgħid ukoll li hu u jindirizza l-konferenza tal-EMODNET il-Ministru Joe Mizzi saħaq li hu kunfidenti li f’Malta hawn iż-żejt.

In-Nazzjon jgħid li wara l-iskrutinju li sar fuq Karmenu Vella hu ingħata l-aprovazzjoni iżda b’riservi serji. Jgħid ukoll fi storja oħra kif l-istudenti tal-ICT fl-MCAST ġew mitluba jieħdu l-laptop magħhom għal-lezzjonijiet.