Ġurnali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

Fl-ewwel paġna tal-Orizzont insibu ritratt ta’ kuċċier mal-karrozzin akkumpanjat b’rapport dwar ir-regolamenti ġodda għat-trasport bil-karozzini li fost oħrajn se jaraw li ż-żwiemel ma jaħdmux iżjed fil-ħinijiet tax-xemx tiżreg f’Lulju u f’Awwissu. Il-kuċċiera qalu li ma kinux mgħarrfa b’dawn ir-regolamenti. Rapport ieħor fl-ewwel paġna huwa dwar l-azzjoni ta’ infurzar fuq żewġ bajjiet Għawdxin mill-Awtorità għat-Turiżmu u nsibu wkoll ritratt tad-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne jħabbar pass ieħor lejn it-trasparenza fix-xiri tal-mediċini fost il-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea.

Fil-faċċata ta’ The Malta Independent insibu ritratt b’rabta mal-mitejn u ħames snin mit-twaqqif tal-korp tal-pulizija. Insibu wkoll storja li tikkwota lil operatur ieħor fl-industrija tal-Casinos jikkritika l-ftehim dwar l-estensjoni tal-art għall-Casino tad-Dragonara għax qal li l-kumpanija kissret l-obbligi kuntrattwali u li kumpaniji internazzjonali riżultat tal-ftehim xokkanti li ra l-estensjoni ta’ 10 snin tiżdied għal 64 sena, tilfu l-interess li jinvestu f’Malta. Fil-faċċata wkoll insibu storja li tgħid li l-Maġistrat Victor Asciak qal li l-Qorti mhux se tittollera aktar dewmien u ordna liċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri sabiex jixhed dwar il-kumpanija f’Dubai, 17 Black.

Fl-ewwel paġna ta’ In-Nazzjon ukoll insibu ritratt b’rabta mal-mitejn u ħames snin mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija. Insibu wkoll rapport mill-Qorti dwar il-każ tal-Olandiża li nqatlet f’Santa Venera s-sena li għaddiet. Mill-Qorti ħareġ li qabel inqatlet, hija qalgħet xebgħa kbira. Rapport ieħor jgħid li l-kuċċiera se jiftħu kawża kontra l-Gvern wara li dan ħabbar regolamenti ġodda għat-trasport bil-karozzini fejn fost oħrajn iż-żwiemel mhux se jaħdmu fil-ħinijiet tax-xemx tiżreġ f’Lulju u f’Awwissu. Storja oħra wkoll tikkwota lill-Qorti tgħid li l-attentati kollha biex Keith Schembri ma jixhidx fuq 17 Black, iridu jieqfu.

Fil-faċċata ta’ Times of Malta wkoll insibu ritratt b’rabta mal-mitejn u ħames snin mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija. Insibu wkoll storja li tgħid li skont esperti tas-saħħa, Malta għandha t-tieni l-ogħla rata ta’ sifilide fl-Ewropa. Anki fil-faċċata ta’ Times of Malta nsibu rapport li jgħid li ċ-chief of staff tal-Prim Ministru Keith Schembri se jkollu jixhed fil-każ dwar il-kumpanija 17 Black.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 47 immigrant li sabu ruħhom f’diffikultà. Fi stqarrija ntqal li l-operazzjoni ta’ salvtaġġ seħħet ilbieraħ filgħodu bl-immigranti ddaħħlu Malta abbord lanċa tal-Forzi Armati, f’Xatt it-Tiben…

Lokali

Aktar ma jmur aktar il-finali ta’ ‘X Factor Malta’ qed toqrob. U, b’xorti ħażina għall-kontestanti li għad fadal, il-postijiet għal-Live Show tal-aħħar tgħoddhom fuq subgħajk. B’hekk, minn ġimgħa għal ġimgħa,…

Lokali

Il-grupp żagħżugħ F.A.I.T.H għadu kemm interpreta l-kanzunetta “Man in the Mirror” tal-hekk imsejjaħ ‘re tal-pop‘, il-mibki Michael Jackson. Liema kanzunetta, inħarġet fl-1988, u fl-2012, fost l-oħrajn, tkantat minn għadd ta’ koristi gospel…

Aktar