Lokali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-ġurnali ppubblikati llum it-Tnejn 15 ta’ Lulju 2019

Fl-ewwel paġna ta’ Times of Malta insibu ritratt tat-tennist Serb Novak Djokovic li rebaħ it-tournament ta’ Wimbledon tal-irġiel għal din is-sena. Insibu wkoll rapport li skont sorsi li tkellmu ma’ dan il-ġurnal qalu li dawk favur petizzjoni għall-bidla fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, wisq jibżgħu li l-emendi għal vot ta’ fiduċja li qed ifasslu l-amministrazzjoni tal-partit, huma ntiżi biex Adrian Delia jikseb suċċess akbar. Storja oħra tgħid li disa’ xhur wara l-iffriżar tal-fondi tal-bank Satabank, il-klijenti għadhom qed jistennew li flushom jiġu rilaxxati.

Fil-faċċata ta’ l-Orizzont insibu storja dwar Ingliża li tgħix Malta, Anna Nightingale li qed twissi kontra t-textured breast implants wara li hi żvillupat kanċer f’sidiriha wara li għamilithom. Rapport ieħor jikkwota lill-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat jiddikjara li fuq l-kwistjoni tal-immgirazzjoni, fejn jista’ jsib soluzzjoni għall-ġid tal-pajjiż, isibha.

Fl-ewwel paġna ta’ The Malta Independent insibu ritratt taċ-ċelebrazzjonijiet li saru lbieraħ f’Pariġi f’Jum il-Bastilja. Storja oħra tikkwota kelliema għas-saħħa tgħid li l-ebda pazjent fl-emerġenza tal-isptar Mater Dei ma kien rifjutat trattamenti mediċi minħabba kwistjonijet ta’ ħlas. Dan wara li koppja fetħet każ il-Qorti tallega li tarbija mietet f’ġuf ommha għaliex l-istaff tal-isptar, kien aktar ħsiebu kif il-missier li huwa minn barra l-Unjoni Ewropea kien se jħallas. Storja oħra tikkwota lill-ekonomista Ian P. Cassar jgħid li l-ħeffa u d-dinamika dwar l-istabilità tal-prezzijiet fis-suq tal-proprjetà huma ta’ sfida biex jiġu determinati.

Fil-faċċata ta’ in-Nazzjon ukoll insibu ritratt taċ-ċelebrazzjonijiet li saru lbieraħ f’Pariġi f’Jum il-Bastilja. Insibu wkoll rapport li jikkwota lill-Professur Oliver Friggieri b’referenza għas-sitwazzjoni ambjentali fil-pajjiż jgħid li jaħtu dejjem il-politiċi li ħadu kunfidenza żejda ma’ wirt nazzjonali li mhux tagħhom. Rapport ieħor jikkwota lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jgħid li dawn huma żminijiet ta’ prova għall-Partit Nazzjonalista iżda jinsab fiduċjuż li flimkien se jirnexxielhom ikun aktar b’saħħithom.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Riċerkatur Malti sab l-ismijiet ta’ kważi elf wied f’Malta, Għawdex u Kemmuna. Jispjega li fost affarijiet oħra, l-ismijiet tal-widien f’Malta huma klassifikati fi tlieta; dawk ġejjin minn ismijiet tan-nies, ta’…

Stejjer Umani

Velimir Dulo mis-Serbja, ilu Malta aktar minn sentejn jaħdem bħala technician. Fis-Sajf li għadda ingħaqdu miegħu martu u ż-żewġ uliedu, fosthom Nevena Dulo ta’ 11-il sena li anke bdiet tattendi…

Protezzjoni Ċivili

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ffirma ftehim ta’ koperazzjoni mas-Singapore Civil Defence Force. B’dan il-ftehim l-forzi tal-protezzjoni ċivili ta’ Singapore se jipprovdu espert tagħhom b’xejn lid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, fosthom għat-tfassil ta’ pjan…

Lokali

Il-kuntistabbli Ryan Paul Tonna, li miet ħabta u sabta meta faga fl-ikel wara maratona fl-Italja, qal li beda l-atletika minħabba f’ibnu biex ikun ta’ eżempju tajjeb għalih. F’messaġġ fuq il-paġna…

Aktar