Ġurnali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

The Malta Independent tippubblika ritratt kbir ta’ uffiċjali tal-Pulizija jitkellmu ma’ attivisti tat-tibdil fil-klima li ntefgħu fl-art u mblukkaw it-triq ewlenija ta’ Millbank f’Londra. L-attivisti qed isejħu għal azzjoni urġenti biex titrażżan il-bidla fil-klima.

Rappurtat ukoll li t-tribunal ta’ reviżjoni tal-Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar ordna s-sospensjoni tax-xogħlijiet fuq il-proġett Central Link sakemm tinħareġ id-deċiżjoni fuq l-appell.

Il-ġurnal jirrapporta t-tħejjijiet u l-kampanja ta’ informazzjoni mill-Gvern Malti fl-eventwalità ta’ Brexit mingħajr ftehim.

Il-ġurnal In-Nazzjon jippubblika ritratt kbir li jinkludi l-logo tal-konsorzju ELC u li sa Diċembru li ġej se jitkeċċew mal-mitejn ħaddiem.

F’rapport ieħor, il-Ministru għall-Ġustizzju Owen Bonnici kkowtat jgħid fil-Parlament li hu kburi li l-Prim Ministru Joseph Muscat hu salesman tal-iskema tal-bejgħ tal-passaporti waqt li ma weġibs mistoqsijiet dwar dak li ġie żvelat fil-programm Franċiż.

Fil-faċċata wkoll, l-ex impjegat tal-FIAU Jonathan Ferris kkwotat jgħid fil-Qorti li l-Ministeru għall-Intern kien talab dettalji sensittivi fuq każ partikolari li hu kien qed jinvestiga bħala Spettur tal-Pulizija, xi ħaġa li f’xogħlu ma setax jagħmel.

Maltatoday tippubblika ritratt tal-Ministru għall-Affarijiet Ewropej, Edward Zammit Lewis waqt it-tnedija tal-kampanja ta’ informazzjoni msejħa ‘Kun Lest għal Brexit’ b’rapport li l-Gvern ser jagħmel eżerċizzju fid-dipartimenti tal-Gvern dwar x’għandu jiġri jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim.

Fil-faċċata rappurtat ukoll li ħaddiema tal-Konsorzju ELC rċevew ittra li l-impjieg tagħhom se jintemm fl-aħħar ta’ Diċembru li ġej meta jiskadi l-kuntratt li l-konsorzju għandu mal-Gvern għal xogħlijiet relatati mal-ambjent u t-tisbiħ ta’ żoni pubbliċi.

Times of Malta tirrapporta bi prominenza li ġiet irtirata l-applikazzjoni biex żewġt idjar antiki fit-telgħa tas-Saqqajja fir-Rabat jinbidlu f’boutique hotel. L-iżviluppatur ikkonferma li rtira l-applikazzjoni kontroversjali li qanqlet petizzjoni li ġiet iffirmata minn tliet elef resident.

Fil-faċċata, il-ġurnal jippubblika ritratt ta’ attivista favur l-azzjoni għat-tibdil fil-klima żżomm kartellun f’Londra bil-kliem ‘skużawni tal-inkonvenjent, qed nippruvaw insalvaw id-dinja’.

Rappurtat ukoll li fil-laqgħa maratona tal-bieraħ bejn il-Ministri tal-Intern tal-Unjoni Ewropea baqa’ ma ntlaħaq l-ebda qbil fuq il-ftehim milħuq f’Malta ġimgħatejn ilu bejn Franza, il-Ġermanja, l-Italja u Malta biex l-immigranti salvati fiċ-ċentru tal-Mediterran jiġu rilokati f’pajjiżi oħrajn Ewropej.

L-Orizzont jippubblika ritratt ta’ żewġ persuni qed jimxu fuq ċint f’parti mill-pajsaġġ tipiku Malti qrib il-baħar bit-titlu li t-temp beda jiffriska.
Fil-ġenb, rappurtat li lbieraħ il-Gvern Malti nieda kampanja ta’ informazzjoni u jinsab ippreparat għal kull eventwalità f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim.

Rappurtat ukoll li matul din is-sena l-Gvern ħadem fuq 281 proposta finanzjarja differenti, bil-Ministeri tal-Finanzi u tal-Familja l-aktar li wettqu proposti b’mod definit.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, qal li l-każ tal-qtil ta’ Raymond Caruana kien strumentali għall-matura fil-pajjiż. Dr Delia kien qed jitkellem f’attività fil-Gudja li fakkret it-33 anniversarju mill-qtil…

Qorti

Libjan ta’ 41 sena residenti x-Xagħra inżamm arrestat wara li ġie akkużat li nhar it-Tlieta li għadda, kien kompliċi ma’ persuna oħra f’attentat ta’ serq. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta ta’…

Qorti

Raġel ta’ 28 sena mil-Libja nżamm arrestat, wara li kien akkużat b’serq u li weġġa’ ħafif pulizija. Ir-raġel, li jgħix ir-Rabat, Għawdex, kien akkużat li fit-3 ta’ Diċembru, għall-ħabta tal-5.20pm,…

Qorti

Raġel ta’ 39 sena tressaq il-Qorti t’Għawdex, akkużat li lbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu, għamel ħsara fuq vettura tal-għamla Vitz. Il-każ seħħ fi Pjazza Salvatore Busuttil f’Kerċem. Ir-raġel, li huwa…

Aktar