Ġurnali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

Din hi ħarsa lejn il-faċċata tal-ġurnali ewlenin illum il-Ħamis 16 ta’ Jannar 2020:

In-Nazzjon

Fil-faċċata tan-Nazzjon insibu artiklu dwar il-ħatra tal-Kabinett il-ġdid għall-Gvern imexxi mill-Prim Ministru Robert Abela. In-nazzjon jibda biex jirrapporta li l-Prim Ministru Abela ħatar l-akbar Kabinett fl-istorja politika ta’ pajjiżna u li l-ispiża għaz-żamma tiegħu mistennija li teċċedi l-50 miljun ewro. In-nazzjon jgħid li l-Kabinett hu ffurmat mill-Prim Ministru Abela u 17-il Ministru u tmien Segretarji Parlamentari.

Ir-rapport fil-faċċata tan-Nazzjon jgħid li l-fazzjoni tad-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne li kien ukoll kandidat fl-elezzjoni għall-mexxej Laburista ġiet ikkastigati b’dawk il-membri tal-Kabinett li appoġġjawh jinbidlilhom il-portafol jew saħansitra jitħallew barra. Rapport ieħor fl-ewwel paġna tan-Nazzjon jgħid li l-PM Abela diġà qed jiġġustifika l-min hu nvestigat.

Ir-rapport jgħid li Abela qed jiddefendi lill Edwards Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi li jinsabu taħt investigazzjoni kriminali dwar il-bejgħ tal-isptarijiet Maltin lil Vitals u fl-istess waqt lil eks Prim Ministru Joseph Muscat li qiegħed taħt skrutinju dwar ir-rigali li rċieva minn għand Yorgen Fenech. Ir-rapport jgħidli minkejja dawn il-każijiet, kif kien dieħel kastilja l-bieraħ filgħodu Dr.Abela spjega li ma jistax li għal kull allegazzjoni jieħdu deċiżjonijiet li jaħtar jew ma jaħtarx Ministri.

The Times of Malta

Rapport fl-ewwel paġna tal-ġurnal The Times of Malta jitkellem dwar il-ħatra ta’ Kabinett ġdid għal gvern imexxi minn Dr. Robert Abela. Ir-rapport jagħmel enfasizi fuq l-uċuħ il-ġodda li ngħataw kariga f’dan il-kabinett fosthom backbenchers li ngħataw l-inkarigu ta’ segretarji parlamentari u segretarji parlamentari li se jibdew iservu bħala Ministri.Ir-rapport jikkwota d-diskors tal-PM Abela wara l-ħatra tal-Kabinett li qal jinkludi demm ġdid.

Ir-rapport fl-ewwel paġna ta’ The Times of Malta jgħid li l-eks Ministru tal-Immaniġġjar tal-Ilma u Enerġija Joe Mizzi, flimkien mal-eks Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona u l-eks Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u persuni b’diżabbiltà’ baqgħu barra mill-Kabinett il-ġdid. Ir-rapport jikkwota wkoll id-diskors tal-PM Abela li stqarr kif il-Gvern se jkun qed jimplimenta riforma fil-governanza tajba.

Rapport ieħor fil-faċċata tal-ġurnal The Times of Malta insibu storja dwar Lassana Cisse li nqatel disa’ xhur ilu kiesaħ u biered f’Ħal Far. L-istorja tgħid li wara dan iz-żmien kollu l-korp ta’ Cisse ġie rilaxxat mill-awtoritajiet u se jkun qed jiġi trasportat lura lejn pajjiżu, il-Kosta tal-Avorju. Ir-rapport jirrakkonta li Cisse kien inqatel kiesaħ u biered fit-triq li tagħti bejn Ħal Far u Birżebbuġa nhar is-6 t’April. B’rabta ma’ dan il-każ qed jitressqu l-Qorti żewġ żgħażagħ li fil-passat kienu jservu fil-Forzi Armati ta’ Malta.

The Malta Independent

Rapport fl-ewwel paġna tal-ġurnal the Malta Independent jgħid li l-PM il-ġdid Robert Abela ma indikax hekk hux se jneħħi lil Lawrence Cutajar minn Kummissarju tal-Pulizija u fl-istess jekk jaħtarx avukat ġenerali ġdid. Għalkemm naqas milli jindika fuq dawn iz-żewġ karigi r-rapport jgħid li Abela qal li f’kull investigazzjoni il-Kummissarju tal-Pulizija għandu jagħmel użu minn kull mezz disponibbli u jaħdem ma’ nies professjonali. Ir-rapport jgħid li meta mistoqsi mill-ġurnal Dr.Abela qal li se jkun qed iħabbar deċijonijiet oħrajn fil-mument opportun.

Ir-rapport jgħid ukoll li meta mistoqsi fuq il-mowbajl mitluf ta’ Keith Schembri l-PM Abela qal mhuwiex informat fuq l-investigazzjoni u li dan mhuwiex xogħlu, madanakollu appella sabiex l-investigazzjonijiet relevanti jsiru mill-aktar fiss. Rapport ieħor fil-faċċata tal-ġurnal the Malta Independent jikkwota liċ-Chairperson tal-Life Network Foundation, Miriam Sciberras li qalet li d-dikjarazzjoni ta’ Joseph Muscat waqt l-aħħar diskors tiegħu, li se jkun qed jaħdem għal aktar drittijiet civili taf tfisser ukoll drittijiet li jirrispettaw il-valuri tal-ħajja. Ir-rapport jgħid li wara d-diskors ta’ Muscat ħafna spekulaw li l-eks PM irid li ssir diskussjoni fuq waħda mill-aktar kwistjonijiet kontroversajli f’Malta l-abort.

L-Orrizont

Fil-faċċata tal-gazzetta l-Orizzont insibu rapport li kif wara li t-Tnejn li għadda Dr Robert Abela ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Prim Ministru ta’ Malta u għamel il-jum tat- Tlieta u l-ewwel nofstanhar tal-ġurnata tal-bieraħ jaħdem fuq il-Kabinett il-ġdid, huwa ħabbar uffiċjalment il-
Kabinett tiegħu.

Ir-rapport jgħid li dan hu Kabinett li fihhemm għadd kbir ta’ tibdil u waqt li kien hemm min argumenta li m’għandux ikun hemm ħafna tibdil sakemm il-Prim Ministru jsib saqajh,Dr Abela ħasibha totalment differenti. Skont l-Orizzont minn 25 kariga, sebgħa żammew posthom u l-oħrajn ingħataw dekasteru ġdid jew daħlu fil-Kabinett għall-ewwel darba.

Ir-rapport qal ukoll li jirriżulta li żewġ Ministri u Segretarju Parlamentari mhux se jkomplu jagħmlu parti mill-Kabinett il-ġdid. Dawn huma Chris Cardona, Joe Mizzi u Anthony Agius Decelis.

BusinessToday

Fil-gazzetta BusinessToday insibu rapport li jikkwota l-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri jgħid li se jilqa” l-isfida tal-Air Malta. Ir-rapport jgħid li l-Ministru Schembri saħaq li l-prijoritajiet tiegħu huma li joħloq niċeċ ekonomiċi ġodda, jattira aktar investiment barrani u li jipproteġi lin-negozji żgħar u medji.

Fl-istess rapport is-Sur Schembri jgħid li fix-xhur li ġejjin kollox hu previst li Malta tkompli tesperjenza tkabbir ekonomiku kbir, l-għola madwar l-Unjoni Ewropea. Fid-dawl ta’ dan qal li bħala Ministru responsabbli min dan is-settur irrid ikompli jibni fuq il-pedamenti sodi li kisbu riżultati sodisfaċenti. Fl-istess faċċata nsibu rapport dwar il-Kabinett il-ġdid ta’ Dr.Robert Abela. Rapport ieħor fil-faċċata jgħid li Alan Borg reġa’ ġie kkonfermat bħala CEO tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Sewwa sew xahar qabel Malta tidħol fl-atmosfera tal-karnival, faqqet kontroversja dwar karru li qed jinbena minn wieħed mill-karristi li juru l-Arċisqof Charles Scicluna u fl-isfond tiegħu d-dar San Ġużepp b’implikazzjoni…

Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li ta struzzjonijiet sabiex parti minn Triq San Ġużepp, fil-Qala, terġa’ tinbena mill-aktar fiss possibbli. Dan wara li ċedew biċċiet mir-retaining wall u l-pedamenti ta’…

Lokali

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qed jikkontesta r-ruling tal-Ispeaker Anġlu Farrugia li sab Prima Facie każ ta’ ksur ta’ privileġġ wara li Dr Azzopardi akkuża lid-Deputat Chris Cardona li huwa korrott…

Televiżjoni u Radju

Permezz ta’ ċifri preċiżi mis-sistema teknoloġika tal-Melita u kkonfermati mill-istatistiku Dr Vincent Marmara, dan ix-xahar, Television Malta laħaq udjenzi ferm akbar mis-soltu fost oħrajn bix-xandiriet diretti tal-avveniment politiċi mtella’ miċ-ċentru…

Aktar