Current Affairs
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

Din hi ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnal tal-lum, l-Erbgħa 17 ta’ Frar 2021.

The Times of Malta

Fl-ewwel paġna l-ġurnal jirraporta li f’Malta ġie rreġistrat l-ewwel każ tal-varjant tal-Covid-19 li nstab fl-Afrika t’Isfel. The Times tikkwota lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ li matula ħabbar ukoll li bħalissa f’Malta hawn 49 każ tal-varjant Ingliż. Fir-rapport jgħinad li l-awtoritarjiet tas-saħħa żieda l-ittestjar tal-genetic sequencing u li l-personi kollha nfettati b’varjanti tal-virus qed jinżammu f’iżolament. Storja oħra fl-ewwel paġna telenka battalja legali li għadejja bejn Xirka Prodotturi Nagħaġ u Mogħoż u l-Benna rigward l-isforzi tax-xirka biex il-ġbejna tikseb protezzjoni ewropea għall-kwalita u l-produzzjoni.. Jingħad li l-Benna qed joġġezjona għaliex jekk tingħata din il-protezzjoni l-ġbejnijiet lokali jridu jiġu magħmula minn ħalib tan-nagħaġ jew mogħoż u mhux mill-baqar. F’kumment mal-ġurnal kelliem għall-Benna insista li tradizzjonalment il-ġbejna kienet isir minn diversi sorsi ta’ ħalib inkluż dak tal-baqra.

Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

The Malta Independent

Fil-faċatta tal-ġurnal ritratt tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne hekk kif ilbieraħ irċieva t-tieni doża tal-vaċċin tal-covid. Rapport ukoll li jorbot mal-istess tema hekk kif ilbieraħ l-istess Ministru ħabbar li f’Malta nstab l-ewwel każ tal-varjant tal-covid tal-Afrika t’Isfel. The Malta Independent ukoll tirraporta li f’Malta bħalissa hawn 49 każ tal-varjant Ingliż. Fl-istess paġna bi storja l-ġurnal jgħidilna li n-numru ta’ aċċidenti fuq il-post tax-xogħol naqsu sew tul l-2020 meta mqabbel mas-sena preċedenti. Fil-fatt skont figuri tal-NSO kkwotati mill-ġurnal, tul l-2020, aktar minn elfejn u tlett mitt inċident ġie rraportat liema numru fl-2019 kien jiskorri tliet t’elef. Il-ġurnal jagħti prominenza l-fatt li l-maġġoranza tal-aċċidenti seħħew f’siti ta’ kostruzzjoni u fil-qasam tal-manifattura.

In-Nazzjon

Il-faċatta tal-ġurnal maqsuma fi tnejn fuq naħa storja li titratta l-aħbar li f’Malta ġie rreġistrat l-ewwel każ tal-varjant tal-covid li feġġ fl-Afrika t’Isfel. Jinkludi wkoll reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista li saħaq jisħaq lil-Gvern għandu jassigura li nħaffu kemm jista’ jkun dan il-programm nazzjonali tal-vaċċinazzjoni biex nilħqu l-miri importanti li nnaqsu l-imwiet u nevitaw l-imxija tal-virus u l-varjanti tiegħu. Fuq in-naħa l-oħra n-Nazzjon jgħid li l-Prim Ministru Robert Abela għadu ma ħa l-ebda azzjoni fill-kofrnont ta’ Rosianne Cutajar wara allegazzjonijiet li daħlet flus minn proprjeta li xtara Yorgen Fenech.

L-Orizzont

Fuq quddiem tal-Orizzont insibu ritratt ta’ anzjan u titlu li jgħid kif ir-rta ta’ fejqan mill-covid-19 f’Malta hi ta’ 87% talkażijiet. Rapport ukoll fl-ewwel paġna li jgħid li l-kwistjoni tal-vitamina D u l-importanza tagħha kontra l-covid-19 ħadet żvolta ġdida hekk kif fl-aħħar jiem ħareġ studju li juri li l-effettivita tagħha meta ngħatat lil pazjenti mordna bil-covid joħroġ li jista jnaqqas l-imwiet b’60%. Storja li titratta suġġett separat iżda tinsab fl-istess paġna tgħid li Malta kellha l-anqas rata ta’ rapporti ta’ theddid u vjolenza fuq personi LGBTQI. Dan skont rapport annwali tal-ILGA Europe.

MaltaToday

Fil-faċċata tal-MaltaToday insibu storja li tgħid kif l-edukaturi u ħaddiema tas-servizzi essenzjali se jibdew jingħataw il-vaċċin lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar u l-bidu ta’ Marzu. Jingħad li dan tħabbar mill-Ministru tas-saħħa Chris Fearne ilbieraħ waqt konferenza tal-aħbarijiet. Storja oħra fl-ewwel paġna tgħid li se jiġi propost abboz li jirregola l-professjonali legali fid-dawl ta’ tħassib mill-moneyval. B’dawk li jiksru l-kodiċi jistgħu jeħlu multa sa massimu ta’ 25,000 ewro jew sa sena ħabs.