Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

In-Nazzjon

Minkejja x-xita li għamlet, fi Triq Sant Anna lbieraħ fil-Furjana sar il-Gran Final tal-Karnival ta’ Malta bl-isfilata tal-għeluq li ħadu sehem fiha l-parteċipanti kollha tal-Karnival ta’ din is-sena. Il-programm ta’ filgħodu tħassar minħabba l-maltemp. Mil-lum jibda Ras ir-Randan, l-erbgħin jum ta’ sawm u astinenza bi tħejjija għall-Festa tal-Għid il-Kbir li hija l-akbar festa tal-Knisja.

Il-Ħaddiema tal-Enemalta inkwetati dwar il-futur tagħhom. Il-Prim ministru għandu jkun ċar mal-ħaddiema tal-Enemalta li għaddejin minn inċertezza fuq ix-xogħol tagħhom.

Id-diretturi tal-Leisure Clothing, Bin Han u Liu Jia jitpoġġew taħt att ta’ akkuża.

Is-sigurtà tal-parlament il-ġdid bil-monti maġenbu diskussa bejn l-Ispeaker u l-Kummissarju tal-Pulizija.

Ir-Rappreżentant tal-Gvern Libjan ta’ Tripli f’Malta jikkundanna l-attakk Eġizzjan fuq l-ISIS fil-Libja.

L-Orizzont

Il-UĦM iċċaħħad pagi aħjar fil-kumpanija Malta Public Transport.

Il-Kummissjoni Elettorali lbieraħ iddeċidiet b’ħames voti kontra erbgħa favur l-appell dwar id-deċiżjoni tal-Qorti li tagħti żewġ siġġijiet żejda lill-Partit Nazzjonalista. Il-Gvern appella f’isem it-tliet deputati lbieraħ.

Anzjana tinqabad f’darha wara li ċedew żewġ gallariji.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat jiddikjara li Malta se tkun fil-koalizzjoni kontra l-ISIS.

L-opinjonista Anna Mallia dwar is-sigurtà ta’ Malta. U evakwati żewġt irħula fil-Punent tal-Istat ta’ Virginia wara splużjoni ta’ ferrovija.

The Malta Independent 

Suldati jesprimu tħassib dwar  in-nuqqas ta’ patrols sistematizzati fl-ibħra tan-nofsinhar ta’ Malta.

Id-defile’ finali tal-Karnival isir kif pjanat lbieraħ fi Triq Sant Anna l-Furjana minkejja l-maltemp.

u Malta lesta li tisseħeb fil-koalizzjoni kontra l-militanti tal-Istat Iżlamiku. Jekk ma titteħidtx azzjoni fil-Libja se tinfirex il-problema u Malta se tkun il-leħen tal-moderazzjoni. Hekk sostna l-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Parlament ilbieraħ.

The Times

Uħud mill-karrijiet tal-karnival jintlaqtu mill-kundizzjonijiet tal-maltemp lbieraħ u sofrew xi ħsarat. id-defile’ sar kif ippjanat fi Triq Sant Anna.

L-eks President ta’ club tal-football jammetti li kien korrott.

U l-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid li n-Nazzjonijiet Maqgħuda jenħtieġ li jintervjenu militarment fil-parlament biex jgħinu lill-fazzjonijiet differenti tal-partiti politiċi jiffurmaw gvern ta’ għaqda nazzjonali.

Malta Today 

Storja ritratt dwar il-karnival b’uħud mill-karrijiet jibgħatu messaġġ dwar is-sitwazzjoni kurrenti fil-gżejjer Maltin.

u il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-parlament jgħid li fil-Libyjhemm theddida li elementi estremisti jieħdu l-kontroll tal-pajjiż. Il-Ġnus Maqgħuda trid tibgħat messaġġ lill-partiti politiċi rivali biex jingħaqdu u jibgħatu messaġġ li se jingħaqdu kontra fazzjonijiet estremisti.

 

Aħbarijiet Oħra
Konsumatur

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur wissiet lill-pubbliku biex ma jikolx il-prodott ‘Ful imqaxxar’ tad-ditta ‘Mill-Kċina taz-Zija’ li jinstab f’pakketti ta’ 450g. Il-lott tal-prodott huwa CA26419 u għandu d-data ta’…

Qorti

L-Avukat Edward Gatt qal li meta tingħata maħfra Presidenzjali, qatt ma jista’ jkun hemm serħan il-moħħ totali, iżda mingħajr maħfra jista’ jkun li qatt ma jkun hemm żblokk biex il-prosekuzzjoni…

Ekonomija u Finanzi

Bejn illum u l-Ħamis qed jitlaqqa’ f’Malta l-forum dinji dwar il-kannabis mediċinali. Illejla indirizza l-forum il-Prim Ministru Joseph Muscat, li ta ħjiel dwar dak li Malta qed tistenni minn din…

Ekonomija u Finanzi

Rudolph Psaila huwa ċ-Chairman il-ġdid ta’ FinanceMalta; entità pubblika-privata ta’ mwaqqfa biex tippromwovi lil Malta bħala ċentru finanzjarju internazzjonali. Il-ħatra tas-Sur Psaila, minflok is-Sur Kenneth Farrugia li kien ilu tmien…

Aktar