Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

TIMES OF MALTA b’ritratt tas-Segretarju tal-Affarijiet Barranin Ingliż Philip Hammond li wasal Malta ilbieraħ filgħaxija għal taħdidiet mal-Gvern. Il-ġurnal jirrapporta dak li qal il-Prim Ministru Joseph Muscat ilbieraħ dwar il-kriżi fil-Libja. Hu qal li d-diplomazija għandha tingħata ċans ieħor fil-Libja qabel tittieħed deċiżjoni li jsir xi tip ta’ intervent militari fil-Libja. Storja oħra tgħid li l-MEPA użat regoli ta’ ppjanar inqas ħorox li kienu introdotti s-sena li għaddiet biex ħarġet il-permess għat-tqegħid ta’ struttura tal-konkrete li se tintuża bħala pjataforma għal kjosk fuq ir-ramel fil-bajja tal-Għadira. Skont il-ġurnal il-permess ħareġ mingħajr ma saru studji dwar l-impatt li din l-istruttura se jkollha fuq l-Għadira li hu sit Natura 2000 u hu sit protett.

L-ORIZZONT tgħid li l-General Workers’ Union ippubblika ittra li bagħtet lill-Partit Nazzjonalista fir-rigward tal-ħaddiema tal-Enemalta, u dan fid-dawl tat-talba li saret mill-istess partit biex jiddiskutu l-imsemmi suġġett. Il-GWU sostniet li tinsab imħassba li t-talba saret issa mill-Partit Nazzjonalista, wara li pubblikament mingħajr ebda ġustifikazzjoni, l-istess partit għamel allegazzjonijiet għal kollox bla bażi dwar xogħol ta’ fejda mwettaq mill-GWU għall-ħaddiema kollha tal-Enemalta. Storja oħra tgħid li l-Prim Ministru Joseph Muscat appella biex jingħata ċans ieħor lid-diplomazija fil-Libja qabel ma tiġi kkunsidrata azzjoni militari. Il-ġurnal isellem lill-ewwl ħaddiem tagħha Gużeppi Farrugia li miet ilbieraħ. Fir-ritratt jidher mal-ewwel editur tal-ġurnal, Anton Cassar li miet f’Ġunju li għadda.

THE MALTA INDEPENDENT  tgħid li l-Gvern talab lill-Unjoni Ewropea għal fondi biex tinxtara patrol boat oħra għall-Forzi Armati ta’ Malta. Dan hekk kif skont il-ġurnal il-patrol boat – Diciotti Class P-61 qed tbati biex tlaħħaq mad-domandż. Bit-titlu ISIS in LIbya. We have to be prepared, il-ġurnal jgħid minkejja li l-Gvern m’għandux informazzjoni ta’ theddida diretta ta’ terrur kontra Malta, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li jeħtieġ li nkunu preparati għal din l-eventwalità.

IN-NAZZJON tirrapporta li Darren Casha, li skont il-ġurnal twikka bil-More Supermarkets wara l-ħarba tal-‘ħabib’ tiegħu Ryan Schembri minn Malta mhux maħrub imma jinsab l-Indoneżja fuq negozju. Il-ġurnal jirnexxilu jagħmel kuntatt ma’ Darren Casha wara rapporti li waslulu minn kredituri li għandhom jieħdu flushom mingħandu. Huwa mistenni jirritorna lura Malta lejn tmiem April li ġej. Stroja oħra tgħid li l-General Workers Union qed tirrifjuta li tiltaqa’ mal-Oppożizzjoni biex tkun diskussa l-inċertezza li għaddejjin minnha l-ħaddiema tal-Enemalta.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Jekk inti wieħed jew waħda fost l-għadd ta’ nostalġiċi tal-film popolarissimu ‘Dirty Dancing’, kif ukoll tal-attur mibki Patrick Swayze, il-prestazzjoni li għadhom kemm taw Yazmin & James aktarx li tmisslek…

Lokali

Għat-tieni Live Show ta’ ‘X Factor Malta’, għadd ta’ kantanti fost l-għaxra li għamluha għal-lejla, ħejjew singles nostalġiċi, b’mod speċjali mit-tmeninijiet. Fosthom, id-duo Bloodline, illi għadu kemm interpreta b’sinerġija emozjonanti għall-aħħar…

Lokali

Il-kantanta Awstraljana Toni Watson, bl-istage name ta’ Tones and I, aktarx bla ma trid, irnexxielha toħloq il-hit tal-mument, il-kanzunetta “Dance Monkey”. Saħansitra, ftit tal-ġimgħat ilu, żifen għad-daqqa tagħha passiġġier mir-Renju…

Lokali

Il-Ħadd li għadda, Dav. Jr ppreżenta ruħu għal-Live Shows ta’ ‘X Factor Malta’ b’kanzunetta li kiteb hu stess bħal daż-żmien sena, “Life is good”. U, illejla, Dav. Jr donnu ħa…

Aktar