Ġurnali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum, il-Ħadd 5 ta’ April 2020.

The Sunday Times of Malta

Storja fl-ewwel paġna tal-gazzetta The Sunday Times tgħid li 89% tal-Maltin huwa sodisfatti bir-rispons tal-awtoritajiet tas-saħħa fiċ-ċirkostanzi preżenti. Il-gazzetta tgħid li dan jirriżulta minn sondaġġ xjentifiku li tħejja din il-ġimgħa. Jingħad li kważi 70% tal-parteċipanti qalu li huma kuntenti mill-miżuri ekonomiċi li ħabbar il-Gvern fil-ġlieda tal-Covid-19. Il-gazzetta tgħid ukoll li anqas minn kwart tal-Maltin qalu li jinsabu mbeżża’ li se jitilfu xogħolhom minħabba l-pandemija globali filwaqt li nofs il-ħaddiema kollha f’Malta qed jaħdmu mid-dar. Rapport ieħor fil-ġurnal jgħid li l-Covid-19 affetwa wkoll it-traffikar tad-droga f’Malta. Ir-rapport jikkwota l-espert Godwin Sammut jgħid li fl-aħħar ġimgħat saru inqas testijiet fuq droga maqbuda mill-Pulizija.

It-Torċa

Rapport fl-ewwel paġna tat-Torċa jgħid li l-pakkett ekonomiku mħabbar mill-Gvern Malti biex jirrispondi għall-isfida ekonomika li ġabet il-pandemija tal-Covid-19 huwa fost l-aħjar madwar id-dinja. Rapport ieħor fil-faċċata jikkwota il-Professur Carmel Borg jgħid li l-pandemija m’għandiex ruħ soċjali. Fir-rapport jingħad li din il-pandemija se tkompli tikxef il-qasma soċjali u ekonomika fi ħdan il-pajjiżi u bejn il-ġnus.

Il-Mument

Fl-ewwel paġna tal-gazzetta l-Mument insibu ritratt tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia biswit kwotazzjoni mill-intervent tiegħu l-bieraħ fejn tħabbar re-shuffle fix-shadow kabinett tal-grupp parlamentari tal-Partit. Storja oħra fl-ewwel paġna tgħid li Malta ħabbret stat ta’ emerġenza għas-saħħa pubbliku bil-kazi li ttestjaw pożittiv għall-Covid 19 tela’ għal 213. Storja oħra fil-faċċata tallega li kien hemm argumenti jaħarqu waqt laqgħa tal-kabinett.

MaltaToday

Storja fl-ewwel paġna tal-ġurnal tgħid li l-ALPA, l-Unjin li tirrapreżenta l-bdoti tal-linja Nazzjonali tal-Ajru qed targumenta li l-bdoti mhumiex lesti jitħaddtu dwar tnaqqis fil-paga sakemm l-Unjin  tibqa’ ma titħallix tgħid tagħha dwar il-pjanijiet ta’ ristrutturar fil-kumpanija. Il-gazzetta tgħid li l-bdoti rrifjutaw offerta li l-paga tagħhom titnaqqas għal €1,200 fix xahar. Storja oħra fil-faċċata tal-gazzetta tgħid li l-Fond Nazzjonali li jinvesti l-qliegħ mill-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment tilef €2.45 miljun wara tnaqqis fir-ritmu ekonomiku ta’ portafol ta’ assi fil-Bank Ċentrali.

Kulħadd

Fl-ewwel paġna tal-gazzetta l-Kulħadd tgħid li s-self garantit mill-Gvern Malti favur kumpaniji milqutin mill-pandemija hu aħjar minn ta’ pajjiżi akbar minn Malta skont il-Prodott Gross Domestiku. Ir-rapport jgħd li l-Kumissjoni Ewropea approvat l-iskema tal-Gvern Malti għal self garantit li jagħti likwidità lin-negozji lokali milqutin mill-pandemija globali tal-Covid-19. Il-gazzetta tgħid li dan huwa t-tielet l-akbar pakkett approvat fl-Ewropa skont il-peresentaġġi tal-GDP. Rapport ieħor fil-faċċata jgħid li Malta ilbieraħ irreġistrat 11-il persuna oħra infettati bil-virus tal-Covid-19 inkluż tifla ta’ sentejn.

The Malta Indepedent

Storja fl-ewwel paġna tal-gazzetta The Malta Independent tikkwota lil Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri jgħid li l-Unjoni Ewropea irrilassat ir-regolamenti tas-self u għalhekk il-Gvern Malti se jkun aktar flessibbli biex jgħin il-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta. Il-Ministru jiġi kkkwotat jgħid mill-gazzetta li l-kapijiet tal-kumpanija qablu li jieħdu tnaqqis fil-paga. Storja oħra fil-faċċata tgħid li l-Ministru responsabbli mill-Kaċċa u l-Pulizija ma rrispondewx mistoqsijiet tal-gazzetta dwar miżuri ta’ infurzar għall-istaġun tal-kaċċa jekk jinfetaħ fil-ġranet li ġejjin.

Illum

Storja fil-faċċata tal-gazzetta illum tgħid li l-kabinett japprova seba’ riforma li ġew elenkati f’ittra teknika li se tintbagħat lill-Kummissjoni Venezja u li dwarhom ser issir laqgħa bejn il-Gvern u l-Kumissjoni Ewropea.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Gvern Malti se jkompli jikkopera mal-kumplament tal-istati membri biex jkun hemm kordinament fir-rilaxx tal-miżuri, speċjalment dawk li għandhom x’ jaqsmu mal-fruntiera. F’laqgħa tal-Ministri responsabbli mill-Affarijiet Ewropej tal-istati membri fil-Mediterran, is-Segretarju…

Solidarjetà

Żewġ żgħażagħ li għandhom passjoni għal sport differenti – wieħed għar-rugby u l-ieħor għall-għawm – se jippruvaw jaqdfu 100km bejniethom biex jiġbru fondi għall-fondazzjoni li toffri l-ikel lil dawk fil-bżonn….

COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati tliet każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta wara li saru 977 swab test. Sallum saru b’kollox 72,992 swab test. Seba’ persuni oħra ġew iddikjarati mfejqa biex…

Aktar