
The Malta Independent.
Fuq il-faċċata, l-ġurnal ifakkarna fil-każ tan-Notre Dame f’Pariġi, li kien seħħ eżatt bħal-lum sena, bil-katidral ikoniku dinji kien ħa n-nar u kawża ta’ hekk saret ħsara kbira fuq in-naħa ta’ ġewwa, u anki barra. Il-każ tan-Notre Dame kien ixxokkja lid-dinja.
Storja oħra li tgħid li l-istudenti tal-mediċina għaddejjin minn stress qawwi jaħdmu l-isptar Mater Dei biex jgħinu fil-ħidma li qed issir kontra l-imxija tal-Covid 19 u kura tal-pazjenti. Studenti li tkellmu mal-ġurnal qalu li flok ma huma qegħdin jistudjaw għall-eżamijiet finali tagħhom fl-Universita’ ta’ Malta qed jispiċċaw jaħdmu Mater Dei , ‘il-bogħod mill-familji tagħhom.
Storja oħra tgħid kif skont il-Ministru għall-edukazzjoni Owen Bonnici, id-deċiżjoni ta’ jekk ġenituri li jibgħatu lit-tfal tagħhom fi skejjel privati għandhomx ikomplu jħallsu għat-tariffi tal-iskola minħabba li issa dawn għalqu kawża tal-covid 19, għandha tkun diskussa bejn l-istess ġenituri u l-iskola.
In-Nazzjon
Storja li tgħid kif il-kelliema tal-Partit Nazzjonalista qed jisħqu li l-anzjani u l-persuni li jieħdu ħsiebhom għandhom jieħdu ħsiebhom filwaqt li għandhom jittaffu t-tbatijiet tal-persuni vulnerabbli. Waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata fost l-oħrajn mill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, David Agius intqal li minħabba l-miżuri tant importanti tal-awtoritajiet tas-saħħa, ħafna mill-persuni vulnerabbli aktarx li spiċċaw jgħixu ħajjithom ‘l bogħod mill-familji tagħhom, ħafna anzjani qed jispiċċaw ibatu mis-solitudni.
Storja oħra din id-darba dwar l-Air Malta, fejn il-ġurnal jgħid li l-Gvern ma jridx jiltaqa’ mal-unions dwar is-sensji tal-ħaddiema tal-Air Malta. Ir-rapport jgħid kif filwaqt li għexieren ta’ ħaddiema tal-Air Malta se jispiċċaw bla xogħol il-Gvern qed jibqa’ jaħrab milli jiltaqa’ magħhom. Ir-rapport jgħid li filwaqt li l-air Malta qalet li m’għandhiex fiduċja tinnegozja mal-union tal-cabin crew għaliex mhux qed tikkoopera, skont il-ġurnal dan mhux il-każ għaliex din il-union għażlet li taqbel ma’ tnaqqis fil-paga u anki ttieħed vot dwar dan.
Maltatoday.
Storja li tgħid li l-bdoti, membri tal-ekwipaġġ u nġiniera spiċċaw imkeċċija mill-kumpannija Medavia minħabba dak li qed tirreferi għal restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar minħabba l-Covid 19. Dan minkejja li għandha diversi kuntratti għaddejjin u li għadhom qed joperaw mal-programm dinji tal-ikel tan-Nazzjonijiet Magħquda.
Storja oħra tgħid li minkejja d-daqqa ta’ ħarta li qalgħet l-ekonomija dinijia minħabba l-Covid 19, skont rapport tal-Fond Monetarju Internazzjonali, l-ekonomija Maltija prevvista li se tonqos bi 2.8%, jiġifieri li Malta hija l-pajjiż prevvista li se jkollha l-inqas impatt ekonomiku mill-pajjiżi taz-zona ewro. Prevvist ukoll li l-ekonomija Maltija mistennija tikber b’7% fis-sena 2021.
Rapport ieħor jgħid li l-Air Malta qed takkuża lill-union tal-bdoti, l-ALPA li baqgħet tirrifjuta li tiddiskuti l-impatt negattiv fuq il-linja tal-ajru minħabba Covid 19. L-Air Malta keċċiet mal-mitt bdot u dan wara li l-ALPA ma aċċettatx li l-bdoti jkollhom tnaqqis fil-paga, dik ta’ €1,200 fix-xahar.
The Times of Malta
Ritratt fuq il-faċċata bil-bini ta’ Manoel Island jinxtegħel bil-kuluri tal-qawsalla, bħala turija ta’ appoġġ għall-ħaddiema tal-qasam tas-saħħa li qed jissieltu mal-Covid 19. Il-kuluri tal-qawsalla sar simbolu globali biex jwassal dan il-messaġġ anki ta’ gratitudni għall-professjonisti kollha li qed jissugraw ħajjithom biex isalvaw lill-pazjenti rikoverati minħabba l-virus.
Il-ġurnal ukoll simil għall-Malta Today jagħtina l-istorja ta’ kif l-ekonomija Maltija bl-inqas impatt negattiv, dak ta’ 2.8% minħabba l-covid 19, l-inqas impatt ekonomiku miz-zona ewro. Ir-rapport tal-Fond Monetarju internazzjonali jipprevedi li l-qagħad mistenni li jikber għal ħamsa fil-mija.
Rapport ieħor jgħid li kumpannija li s-sid tagħha huwa wieħed li kien qrib l-ex Ministru għall-enerġija Konrad Mizzi ingħata kuntratt biex jirrevedi l-kuntratti tal-Electrogas, u dan wara kritika li saret fir-rapport tal-awditur ġenerali.
L-Orizzont
Fuq il-faċċata l-ġurnal jagħtina storja ta’ infermiera li qed tiltaqa’ mal-pazjenti bil-Covid 19. It-titlu tal-istorja jgħid kif l-anzjani qed isofru mhux biss mill-ansjeta’ iżda wkoll mis-solitudni għaliex ħadd ma jista’ jiġi jarahom.
Rapport ieħor jgħid kif skont is-supretendent tas-saħħa pubblika l-Professur Charmaine Gauci sa issa m’hemm ebda indizzjoni li pajjiżna laħaq l-agħar rata ta’ trażmissjonijiet tal-covid 19. Qalet ukoll li anki r-rata ta’ trażmissjoni tal-virus mill-ħaddiema tal-qasam tas-saħħa għall-pazjenti hija waħda baxxa ħafna.




