Lokali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

Times of Malta:

Il-qabdiet tal-kokaina jiżdiedu b’erba darbiet mill-2014: il-pulizija jagħmlu wkoll qabdiet ta’ 108 kilogrammi reżina tal-kannabis fl-2016.

Is-sidien tal-billboards ordnati jħallsu sa €1,500 kull sena għal kull struttura: mossa li qanqlet rabja minħabba li lmentaw li l-awtoritajiet mhux qed iwiddbu lill-kompetituri li ilhom jiksru l-liġijiet għal snin.

Storja ritratt fl-ewwel paġna ta’ The Times li turi lir-rappreżentanta għolja tal-Unjoni Ewropea Federica Mogherini mas-segretarju tal-istat Amerikan Rex Tillerson waqt taħdidiet qabel il-ftuħ uffiċjali tal-G20 li qed ilaqqa’ l-ministri tal-affarijiet barranin f’Bonn il-Ġermanja.

The Malta Independent:

Se jkun hemm uffiċjali magħrufa bħala rangers stazzjonata ħdejn it-tieqa tad-Dwejra biex jibbrojbixxu lil min jipprova jimxi fuq it-tieqa li hija protetta bil-liġi. Il-miżura tħabbret mill-ministru tal-ambjent Josè Herrera li qal id-deterrent ta’ multi ħorox ma kellhomx l-effett mixtieq hekk kif wieġeb domandi tal-ġurnal li urew ritratt bi tletin persuna mixjin fuq it-tieqa f’Għawdex li qed tittiekel u tikkrolla.

Il-Partit Nazzjonalista jiddikjara li l-appoġġ tal-ministru Chris Cardona għall-liġi ġdida tal-libell hija prova tal-ipokrezija tal-gvern.

L-Orizzont:

Electrogas s’issa mmultat €10 miljun. FIl-parlament il-Ministru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Konrad Mizzi żvela li sa issa, Electrogas għandha multa pendenti ta’ madwar €10 miljun minħabba xogħol li ma tlestiex fil-ħin.

Teatrini mill-Partit Nazzjonalista fil-Parlament: il-ġurnal jirrapporta dwar kif meta jqum jitkellem fil-Parlament Konrad Mizzi, l-Oppożizzjoni titlaq ‘il barra.

Gaffarena jinsisti li mill-Partit Nazzjonalista talbuh “karti” kontra Dalli: In-negozjant Joe Gaffarena lbieraħ reġa’ tenna l-istorja tiegħu, kif irrakkontata mit-Torċa fit-2 ta’ Awwissu waqt laqgħa li kellu ma’ ibnu Marc fid-Dar Ċentrali lejn l-aħħar tal-2012 kien intalab jipprovdi “karti tad-Daewoo” fejn kien involut l-ex ministru Nazzjonalista John Dalli. Il-ġurnal jirrapporta li l-laqgħa li saret ma’ Simon Busuttil li dak iż-żmien kien viċi kap tal-Partit Nazzjonalista u l-ex Ministru tas-Saħħa, Joe Cassar.

In-Nazzjon:

Il-power station simbolu tal-ingann tal-Gvern Laburista. In-Nazzjon tirrapporta kif il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal fil-Parlament li l-kuntratti li ppubblika l-gvern dwar il-power station li bena u li għadha ma taħdimx ma jiswew xejn, u b’kopja f’idejh ta’ dak li ppubblika l-gvern, qatta’ l-partijiet suwed mill-kuntratti.

Stejjer oħra fl-ewwel paġna tan-Nazzjon: Il-proposti tal-gvern fil-liġi tal-libell huma theddida fuq il-libertà tal-espressjoni, il-Qorti tiċħad talba ta’ Keith Schembri dwar l-iskandlu tal-Panama, u 150 student f’Tal Ħandaq mingħajr għalliem tal-matematika.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-Arċisqof Charles Scicluna ħabbar li se jkun qed iqaddes quddiesa għal ruħ Daphne Caruana Galizia nhar it-Tnejn li ġej. Il-quddiesa se ssir fit-3.00 ta’ waranofsinhar fil-knisja tal-Bidnija, preċiżament ġimgħa wara…

Lokali

Il-valur ambjentali tal-alka li fil-maltemp timla bosta bajjiet qed jiġi enfasizzat b’regolamenti ġodda tal-Awtorita tal-Ambjent u r-Riżorsi li ħarġet linji gwida dwar kif u meta għandhom isiru ħidmiet ta’ tindif…

Lokali

Din hija ħarsa lejn il-ġurnali ppubblikati llum is-Sibt 21 ta’ Ottubru 2017: Fl-ewwel paġna ta’ L-Orizzont insibu ritratt tax-xena fejn seħħ il-qtil tal-ġurnalista u blogger Daphne Caruana Galizia akkumpanjat bit-titlu…

Lokali

Fil-bidu tax-xahar id-dieħel se ssir it-23 edizzjoni tal-festival internazzjonali tal-korijiet f’Malta mtella’ mill-Awtorità tat-Turiżmu. Din is-sena fil-festival li se jdum għaddej tlett ijiem, se jieħdu sehem 36 kor minn madwar…

Aktar