Lokali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

Fl-ewwel paġna ta’ L-Orizzont insibu ritratt tal-Ministru Owen Bonnici u tas-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri li żaru l-assemblea digitali li ltaqgħet f’Dar il-Mediterran għall-konferenzi u fejn Heritage Malta u Google nedew wirja ġdida online, Wonders of Malta, li tippermetti lill-utenti jiskopru għadd ta’ teżori ta’ Malta fosthom it-Tempji tal-Ġgantija. Storja oħra fl-ewwel paġna tikkwota lill-President tal-MHRA Tony Zahra jappella lill-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi biex ifittex is-sieħeb strateġiku għall-AirMalta f’pajjiżna stess fl-istess waqt li wera ruħu fiduċjuż li permezz tiegħu tista’ tiġi rranġata s-sitwazzjoni fil-linja tal-ajru. Rapport ieħor fl-Orizzont bit-titlu “Il-PD jiżvinta fil-Qorti” huwa dwar il-Qorti Kostituzzjonali li caħdet it-talba tal-Partit Laburista dwar iż-żewġ siġġijiet li l-Kummissjoni Elettorali tat lill-Partit Nazzjonalista fi tmiem l-għadd tal-voti fin-Naxxar biex ikun hemm il-proporzjonalità bejn il-voti u s-siġġijiet fil-Parlament. Ir-rapport fl-Orizzont jgħid li d-deputat Marlene Farrugia mhix se tirrappreżenta lill-Partit li ħolqot hi stess wara li wkoll ftaħret li fl-elezzjoni dan sar it-tielet l-akbar f’pajjiżna.

Fil-faċċata ta’ The Malta Independent jiddomina ritratt ta’ sit ta’ kostruzzjoni f’Tas-Sliema akkumpanjat bit-titlu “Sliema residents dismayed by ongoing excavation works despite summer break”. L-artiklu jgħid li residenti qrib Triq Sant’ Antnin u Tigne Seafront jinsabu rrabjati għax komplew xogħlijiet ta’ skavar f’siti ta’ kostruzzjoni fil-qrib minkejja li suppost daħlet fis-seħħ il-waqfa minn xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fil-perjodu tas-sajf. Storja oħra fl-ewwel paġna tgħid li l-eks Segretarju tal-General Workers Union Tony Zarb se jżomm ma dak li kiteb fuq il-Facebook tiegħu kontra ċ-Chairman tal-kumitat PANA Werner Langen u ż-żewġ Ewroparlamentari Maltin wara d-dibattitu tal-Parlament Ewropew fi Strasbourg nhar l-Erbgħa.

Fl-ewwel paġna ta’ In-Nazzjon insibu ritratt tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil flimkien mal-Avukati Karol Aquilina u Paul Borg Olivier ħerġin mill-Qorti wara li l-Qorti Kostituzzjonali ma laqgħetx it-talba tal-Partit Laburista kontra il-Kummissjoni Elettorali dwar iż-żewġ siġġijiet lil tat lill-Partit Nazzjonalista biex ikun hemm il-proporzjonalità bejn il-voti u s-siġġijiet fil-Parlament. It-titlu taħt ir-ritratt jgħid “il-Qorti tikkonferma li l-Partit Laburista ried jisraq żewġ siġġijiet fil-Parlament.” Fl-ewwel paġna wkoll insibu żewġ titli bl-istejjer ikomplu fil-paġni ta’ ġewwa li jgħidu “Petizzjoni minn Għawdxin urtati li Anton Refali ma sarx Ministru għal Għawdex” u “Imut missier il-Ġermanja Magħquda Helmut Kohl.”

Fil-faċċata ta’ Times of Malta insibu ritratt tar-Reġina Elizabetta t-tieni li lbieraħ marret tiltaqa’ mal-pumpiera waqt żjara f’Westway Sports Centre wara n-nar li kkontrollaw fil-blokk ta’ appartamenti ta’ Grenfell Tower f’Kensington. Fil-faċċata wkoll isibu r-rapport dwar id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali ma laqgħetx it-talba tal-Partit Laburista kontra il-Kummissjoni Elettorali dwar iż-żewġ siġġijiet lil tat lill-Partit Nazzjonalista fi tmiem l-għadd tal-voti fin-Naxxar biex ikun hemm il-proporzjonalità bejn il-voti u s-siġġijiet fil-Parlament. Storja oħra fl-ewwel paġna bit-titlu “Gaming Authority’s €4.3m to ‘fit-out’ leased building” tgħid li l-Awtorità Maltija tal-Gaming ħallset aktar minn €4 miljun biex tirrenova l-bini li kriet għal 15-il sena biex iservi tal-kwartieri tagħha fi Smart City.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Persuni li l-ġimgħa li għaddiet żaru ċ-ċimiterju tal-Addolorata f’Raħal Ġdid stqarrew ma’ tvm.com.mt li baqgħu ddiżgustati bl-iskart goff mormi barra dan iċ-ċimiterju. L-iskart intlemaħ barra l-ħitan taċ-ċimiterju, mid-daħla ta’ Triq…

Lokali

Fl-intervent tiegħu llum fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kkritika s-sitwazzjoni fil-Korp tal-Pulizija li qal ġie żarmat mir-riżorsi bit-tluq ta’ diversi uffiċjali għolja u fl-istess waqt qal li daħlu 27 pulizija…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar il-pjan tal-Gvern għall-Airmalta meta kien qed jindirizza l-Parlament.  Huwa appella għal ftehim mal-unions għax wissa li l-pjani tal-Gvern għat-tkabbir tal-Air Malta ma jkunx sostennibli…

Lokali

Fil-jiem li għaddew bosta kkummentaw fuq il-media soċjali dwar l-inkonvenjent li ħoloq vann meta kien qed jimblokka l-bankina fi Triq it-Torri tas-Sliema. Jirriżulta li l-vann tħalla pparkjat mill-iktar żoni ffrekwentati…

Aktar