Lokali, malta
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

Times of Malta

Il-ġurnal Times of Malta jirrapporta li l-Kummissjoni Ewropea qed tinsisti li strutturi offshore, bi skemi aggressivi ta’ ppjanar ta’ taxxa, għandhom jiġu rrappurtati lill-awtoritajiet. Fi storja oħra jingħad li wara li din il-ġimgħa daħlu fis-seħħ regoli ġodda dwar ir-roaming, dawk li jużaw il-mobile għandhom joqogħdu attenti għall-kundizzjonijiet li jistgħu jwasslu għal kontijiet għolja li ma jkunux mistennija meta jsiefru. B’ritratt tal-President Franċiż Emmanuel Macron, qed ikun irrappurtat li l-partit tiegħu kiseb maġġoranza parlamentari.

L-Orizzont

L-Orizzont jirrapporta li s’issa huma tliet ministru: Edward Scicluna, Chris Fearne u Helena Dalli li mistennija jixħtu n-nomina tagħhom għall-kariga ta’ Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet tal-Parlament. Jingħad ukoll li 1,717-il persuna ġew jivvutaw bi prezz tal-ajru ssussidjat waqt li ritratt ta’ folla liebsa flokkijiet ħodor waqt il-marċ tal-Festa ta’ San Filep f’Ħaż Żebbuġ, jirrapporta li rrankaw il-festi fl-ibliet u l-irħula.

The Malta Independent

The Malta Independent tgħid li Beppe Fenech Adami mhux se jkun qed jikkontesta għall-ebda karriga fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. F’rapport ieħor, jingħad li l-Partit Nazzjonalista esprima frustrazzjoni wara li ma rċeviex kopja tal-liġi dwar żwieġ bejn koppji tal-istess sess qabel id-dibattitu waqt li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qal li se jkun qed jgħaddi kopja lill-Oppożizzjoni sa nhar l-Erbgħa. Ritratt juri ħaddiema tat-tifi tan-nar jissieltu man-nirien li ħakmu foresta fil-Portugall.

In-Nazzjon

In-Nazzjon fi storja ewlenija jgħid li kumpanija barranija li hi bbażata fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija Għawdex qed tirrifjuta ordnijiet wara li għadd ta’ ħaddiema mħarrġa li kellha jaħdmu magħha rriżenjaw biex iddaħħlu jaħdmu “mal-Gvern”.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għada jitfakkar il-jum iddedikat lill-persuni li għandhom il-problema tat-temtim. Statistika internazzjonali turi li persuna minn kull mija għandha din il-kundizzjoni, li ħafna drabi tikkawża imbarazzament għal min ibati biha u…

Lokali

Huma mijiet il-Maltin bejn saċerdoti, reliġjużi, żgħażagħ, adulti u anke anzjani li jgħixu u jaħdmu fl-artijiet tal-missjoni; min għal perjodu qasir ta’ żmien u oħrajn fit-tul tant li jiddedikaw ħajjithom…

Lokali

Sadanittant l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia issa jinsabu konċentrati kollha fil-kwartieri ġenerali tal-korp fil-Furjana. Television Malta jinsab infurmat li l-pulizija kompliet titkellem ma’ nies li jistgħu jagħtuha…

Lokali

Il-kumpanija Valletta Cruise Port qed tkompli tinvesti fil-faċilitajiet tagħha fil-Port il-Kbir. Bil-kumpaniji tal-cruise-liners qed ikomplu jordnaw vapuri kbar, il-Valletta Cruise Port qed tippjana t-twessigħ ta’ wieħed mill-mollijiet. Għandha wkoll applikazzjoni…

Aktar