Lokali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

Ħarsa lejn il-ġurnali ppubblikati llum, it-Tlieta 17 ta’ Ottubru:

Il-faċċata ta’ kull ġurnal ippubblikat illum hija ddominata mill-qtil tal-ġurnalista u blogger Daphne Caruana Galizia lbieraħ wara nofsinhar fi splużjoni qawwija fil-karozza li kienet qed issuq.

L-Orizzont: Bit-titlu li jikkwota lill-Prim Ministru jgħid li mhux se jistrieħ qabel issir ġustizzja u li ġejjin esperti mill-FBI biex jistħarrġu d-delitt, ir-rapport fl-Orizzont jirrakkonta x’seħħ il-bieraħ mit-tlieta ta’ wara nofsinhar ‘il quddiem fil-Bidnija u jgħid li s-16 ta’ Ottubru 2017 se jibqa mfakkar bħala jum iswed għall-ġurnaliżmu.

The Malta Independent tippubblika ritratt ta’ Daphne Caruana Galizia u ta’ x’fadal mill-karozza li kienet qed issuq wara li splodiet – ir-ritratti akkumpanjati bit-titlu “Daphne maqtula” u “Attakk fuq id-Demokrazija u l-libertà tal-espressjoni.

Bit-titlu ewlieni “Qtil Politiku”, In-Nazzjon jippubblika ritratt ta’ Daphne Caruana Galizia u taħtu, sotto-titoli oħra għall-stejjer fil-paġni ta’ ġewwa, fosthom dwar l-investigazzjoni tal-pulizija, ir-reazzjonijiet tal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, ir-rapportaġġ fil-media internazzjonali u l-mixja ta’ solidarjetà li saret ilbierah f’Tas-Sliema.

Times of Malta wkoll tippubblika t-titlu “Black Monday” bi prominenza fuq l-ewwel paġna u taħtu r-ritratt ta’ x’fadal mill-karozza li kienet qed issuq Daphne Caruana Galizia wara li splodiet. Ir-rapport fil-faċċata huwa kumment editorjali li jgħid li l-aħħar ħaġa li gazzetta tkun trid tirrapporta huwa l-qtil ta’ ġurnalista li ħafna kienu jikkunsidrawha bħala l-aqwa fil-pajjiż. Jgħid li qtil ta’ Daphne Caruana Galizia kien xokkanti mhux biss minħabba kif sar iżda għax kien attakk fuq il-libertà tal-espressjoni. Jgħid li dan kien attakk terroristiku.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ingħalaq għalkollox is-sub post office tal-Maltapost fi Triq Ċensu Busuttil fl-Iklin. Dan ħabbitu l-kumpanija Maltapost, li fi stqarrija qalet li l-klijenti li kienu jinqedew mill-Iklin issa jridu jmorru fin-Naxxar. L-uffiċċju…

Lokali

Il-Partit Laburista qal li dd-deputat tal-Partit Nazzjonalista, Karol Aquilina, b’għemilu wera li ma jafx x’inhi governanza tajba. Fi stqarrija l-PL irrefera għall-mistoqsija parlamentari mwieġba lbieraħ, li qal uriet li fil-jum…

Lokali

Bejn Ġunju u Diċembru tal-2017, Transport Malta ħarġet total ta’ €144,475 f’multi li jikkoncernaw il-puntwalità u affidabilità lill-operatur tat-trasport pubbliku. Dan ħareġ wara li l-Ministru għat-Trasport Ian Borg wieġeb mistoqsija…

Lokali

65 persuna fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin gawdew mis-sistema tal-parole fl-aħħar tliet snin. Dan intqal mill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia għall-mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Chris Said. Il-Ministru Farrugia qal illi…

Aktar