Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum
Times of Malta: L-istorja ewlenija illum hi dwar it-tnaqqis drastiku li kien hemm fl-għadd ta’ azzjonijiet ta’ infurzar mid-dipartiment tal-artijiet dwar abbużi . Statistika turi li id-dipartiment ħa biss 25 azzjoni ta’ infurzar s-sena li għaddiet u intervjena biss sitt darbiet din is-sena f’każi ta abbużi.  Bejn l-2008 u l-2012 kienu infurzati medja ta’ 170 azzjoni kull sena.
Storja oħra tgħid li l-Arċisqof huwa kawt fil-konfront ta’ kritika li qed issirlu dwar l-abbiltà tiegħu li jmexxi lill-knisja f’Malta.
The Malta Independent: L-istorja ewlenija tgħid li l-ġenituri għandhom jgħallmu lill-uliedhom dwar is-sess u jkunu is-sors ewlieni tagħhom għall-edukazzjoni sesswali. Il-psikologa Rose Galea tgħid li t-tfal qed jiffaċċjaw sitwazzjonijiet fejn huma miżgħuda minn tagħrif dwar is-sess u l-aċċess għall-informazzjoni sar iktar faċli minħabba l-mezzi tal-kommunikazzjoni fid-dinja moderna.
Storja oħra tikkwota lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella jgħid li Malta qed tiffaċja sfidi moderni fid-dinja li qed ngħixu fiha u li n-newtralità minquxa fil-kostituzzjoni possibilment ma tiggarantix li ma tintmisx minn ċerti forzi. Semma bħala eżempju is-sitwazzjoni li qed tiżviluppa fl-Iraq bil-formazzjoni ta grupp aktar estremista mal-Al Queda li qed jipprova jinfiltra fil-Libja.
L-Orizzont: Nirien jaħkmu dar f’Ħal Qormi. Jimmy Aguis ta’ 47 sena li jinsab f’qagħda stabbli wara li nħaraq u bela duħħan salva l-ommu ta’ 87 sena u għenha toħroġ mir-residenza tagħha. Il-ġirien salvaw lilu wara li ntilef minn sensih.
Storja oħra hija dwar ir-raġel ta’ 28 sena minn Ħaż Żabbar li qala daqqa ta’ sikkina f’Wied il-Għajn. Hekk kif Ivan Farrugia kien ħiereġ minn daru fi Triq il-Miklem Malti, karozza tat-tip BMW avviċinatu u minn din il-karozza ġarġet persuna u aggredietu. L-aggressur tah daqqa ta sikkina viċin sidru, waddab is-sikkina fl-art u ħarab minn fuq il-post bl-istess vettura.
L-Orizzont jirraporta wkoll dwar i-kap tal-Mafja li nqabad qabel ġie Malta hekk kif Aldo Gionta kien arrestat kif kien se jirkeb il-katamaran minn Pozzallo u ukoll dwar l-awtoritajiet b’miżuri ġodda biex jonqos is-serq.
In-Nazzjon: Min kellu jiġi skwalifikat ġie ppremjat. Il-ġurnal jirrapporta kif sorsi li tkellmu mal-ġurnal qalu li l-konsorzu ta’ Maltin li esprima l-interess tiegħu li japplika għas-servizz tat-trasport pubbliku qed jikkunsidra li jappella mid-deċiżjoni tal-gvern dwar l-għażla tal-kumpanija Spanjola biex tmexxi t-trasport pubbliku.
Il-ġurnal jgħid ukoll li inqabad Aldo Gionta, il-kap ewlieni tal-kamorra hekk kien qed jipprova jirkeb il-vapur minn Sqallija biex jiġi Malta u dwar it-tmiem taż-żjara tal-Papa fil-Korea ta’ Isfel.
Fl-Isport, Telfa sorprendenti għaċ-champions Valletta  ta’ wieħed b’xejn kontra l-Mosta waqt li bl-istess skor Qormi għelbu lil Naxxar Lions fi tmiem l-ewwel ġurnata tal-kampjonat Premier.