Lokali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-ġurnali ppubblikati llum is-Sibt 13 ta’ Jannar 2018

L-Orizzont

Fl-ewwel paġna tal-Orizzont insibu artiklu dwar rapport ta’ Henley & Partners li juri kif Malta telgħet fid-disa’ post tal-klassifika tal-aktar passaporti b’saħħithom fid-dinja. Rapport ieħor jikkwota lis-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima jisħaq fuq il-bżonn ta’ aktar kampanji edukattivi biex tkun miġġielda l-korruzzjoni u jgħid li se jiftħu għajnejn l-atleti biex min jersaq viċin dawn l-affarijiet jirrapportawh. Fl-ewwel paġna wkoll insibu ritratt ta’ ħabta bejn żewġ karozzi fil-Pietà.

The Malta Independent

Fil-faċċata ta’ The Malta Independent insibu ritratt tal-funtana tat-Tritoni li flimkien mal-pjazza nfetħu lbierah filgħaxija mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Storja oħra fl-ewwel paġna tikkwota lill-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo jiċċara li d-dikjarazzjoni li għamel li l-Università Amerikana ta’ Malta tiżviluppa campus f’Żonqor Point wara li timla l-campus f’baċir numru wieħed f’Bormla, mhix sempliċiment opinjoni. Rapport ieħor jikkwota lill-Prim Imħallef Silvio Camilleri li f’Diċembru qal lid-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew li l-Pulizija m’għandhiex bżonn suspetti raġjonevoli sabiex tibda investigazzjoni kriminali iżda investigazzjoni tista’ tibda minn informazzjoni sempliċi li tasal għand il-Pulizija.

In-Nazzjon

Fl-ewwel paġna tan-Nazzjon insibu ritratt tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jiltaqa’ ma’ Bjorn Formosa meta hu u martu żaru Dar Bjorn f’Ħal Qormi. Rapport ieħor jikkwota lil Dr Delia jgħid li l-akbar preokkupazzjoni dwar ir-rapport tal-Parlament Ewropew fuq Malta hija li l-Gvern qiegħed jinduna li qed issir ħsara lil pajjiżna u xorta jibqa’ jippersisti fil-modi tiegħu.

The Times of Malta

Fil-faċċata ta’ The Times of Malta nsibu ritratt ta’ pjazza Tritoni, bil-funtana ċentrali li ġiet irrestawrata u li ġew inawgurati lbieraħ filgħaxija mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Fil-faċċata wkoll insibu storja li tgħid li grupp ta’ Ewroparlamentari ppropona liġijiet Ewropej li għandhom l-għan li jindirizzaw kawżi fil-qrati li nfetħu bil-għan li jintimidaw ġurnalisti investigattivi u midja indipendenti bi spejjeż legali eżorbitanti. Rapport ieħor jikkwota ċifri tal-Eurostat li juru li s-sick leave sewa lill-Gvern €50 miljun fl-2015 u li din kienet l-ogħla spiża tas-sick leave f’għaxar snin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ir-raġel li fil-jiem li għaddew sar ‘famuż’ għall-movimenti li kien jagħmel f’nofs it-traffiku tal-Marsa jidher li twaqqaf mill-Pulizija kif jindika r-ritratt li hawn jidher ma’ dan l-artiklu. Jidher li xi…

Lokali

Omm ta’ tarbija ta’ 8 xhur bl-isem ta’ Thomas, li twieled bi ħsara fil-moħħ, qed tagħmel minn kollox biex tikkura lil binha b’terapiji barra minn Malta. L-omm Denise qasmet magħna…

Lokali

It-turbulanza li l-Airmalta kellha fl-aħħar jiem minħabba konfront mal-piloti jidher li issa kkalmaw bil-ftehim milħuq tard ilbieraħ filgħaxija li madankollu għad irid jiġi approvat mil-bdoti permezz ta’ votazzjoni oħra. Madankollu,…

Lokali

It-tliet membri tal-Kunsill tal-MUT li rreżenjaw jumejn ilu taw spjegazzjoni dettaljata tal-verżjoni tagħhom tal-fatti li ġraw meta kienu għaddejjin in-negozjati dwar il-ftehim settorali tal-għalliema. F’ittra lill-media, Rita Catania, David Rossi…

Aktar