Lokali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum, 13 ta’ Marzu, 2018.

The Times

Fuq il-faċċata ritratt meħud mill-jum iddedikat għall-Commonwealth, bl-ewwel appuntament rjali għall-għarusa tal-Prinċep Harry, Meghan Markle. Għal din iċ-ċerimonja f’Westminster Abbey attenda l-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-familja tiegħu.

Fuq il-faċċata wkoll storja li qed tiddomina l-ġurnali kollha tal-lum, hekk kif il-Bulgaru, li l-Ħadd li għadda ngħad li kien hu li qatel lil Zach Meli f’Paceville, issa nstab li mhux talli ma kienx hu li qatlu, talli qed ikun maħsub li kien qed jgħin lill-vittma.  Dan wara li fuq il-katavru ta’ Meli ma nstabu ebda sinjali ta’ vjolenza.  Il-Bulgaru nħeles b’police bail.

Storja oħra fuq il-faċċata li tgħid li operaturi tal-gaming f’pajjiżna rtiraw il-liċenzji tagħhom hekk kif qed isiru investigazzjonijiet ta’ dawn il-kumpaniji fuq allegata konnessjoni mal-mafja. Mill-inqas kien hemm ħames kumpaniji Taljani li rtiraw din il-liċenzja.

 

The Malta Independent

Fuq il-faċċata storja b’ritratt tal-funeral ta’ Charles Miceli li miet ħabta u sabta l-ġimgħa li għaddiet, bniedem li ħalla marka fis-soċjetà Maltija għall-ħidma li għamel kontra l-fqir u l-batut.

Fuq il-faċċata wkoll l-istorja tal-Bulgaru akkużat bil-qtil ta’ ġuvni Malti Zach Meli u li issa nħeles mill-arrest b’police bail, biex jiġu vverifikati l-fatti vera għaliex il-ġuvni Malti ma kellu ebda sinjali ta’ vjolenza. Ilbieraħ fuq il-każ tkellem l-Aġent Prim Ministru Chris Fearne fil-Parlament fejn talab għall-kawtela anki mill-mezzi tax-xandir fuq il-każ.

Il-Gvern ilbieraħ ħabbar li se jirtira l-emendi fuq il-pensjoni tal-Membri Parlamentari wara li l-Oppożizzjoni rtirat il-kunsens dwar dan, liema kunsens kien meħtieġ biex jitkompla l-proċess għall-emendar tal-liġi dwar din il-pensjoni.  Din l-aħbar qajmet għagħa mill-pubbliku fuq il-midja soċjali.

 

In-Nazzjon

Fuq il-faċċata l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jitkellem dwar il-pensjonijiet hekk kif wara li jidher li sar ftehim mal-Gvern fuq emendi għall-pensjoni tal-Membri Parlamentari, Dr Delia lbieraħ talab biex id-dibattitu fuq dawn l-emendi jiġi sospiż minnufih hekk kif qal li l-ewwel jiġu n-nies u li għalhekk qed jitlob lill-Gvern biex minnufih jiġu ndirizzati l-pensjonijiet ta’ dawk li l-iktar għandhom bżonn fosthom l-anzjani.

Fuq il-faċċata wkoll l-istorja ta’ Zach Meli u l-Bulgaru, fejn skont il-ġurnal, ftit qabel il-ġlieda il-vittma Zach Meli kien jidher fi stat ta’ sokor.

 

 L-Orizzont

Fuq il-faċċata ritratt mill-funeral ta’ Charles Miceli li ħasad pajjiż bil-mewt tiegħu ftit tal-jiem ilu, raġel li kull min jafu, ħadem ħafna għall-fqir, u għall-vulnerabbli, bl-aħħar ħidma tiegħu kienet biex torħos il-kera f’pajjiżna għaliex huma l-iktar vulnerabbli li qed ibatu.

Storja oħra bit-titlu “L-awtopsja hija inkonklussiva” tirrapporta li l-Bulgaru arrestat dwar il-mewt ta’ Zach Meli nħeles fuq police bail; u li mill-ewwel eżamijiet tossikoloġiċi rriżulta li l-vittma kellu livell għoli ta’ alkoħol fid-demm tiegħu.

Rapport ieħor jgħid li l-Gvern irtira d-deċiżjoni li kienet se tirranġa anomalija fis-sistema tal-pensjonijiet tal-eks-Membri Parlamentari. Dan tħabbar fi stqarrija ppubblikata lbieraħ, mal-ewwel indikazzjoni li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet se tirtira mill-kunsens li kien hemm dwar is-suġġett.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ajruplan tal-merkanzija tal-kumpannija DHL ta’ battikata lil madwar 400 ruħ li ngħaqdu flimkien biex jiġbdu dan l-ajruplan b’risq Puttinu Cares. Din l-attività daħlet fir-raba’ sena tagħha, u kull sena ssir…

Infrastruttura

Il-bajja tal-Balluta ngħalqet temporanjament sakemm isir il-monitoraġġ meħtieġ wara li l-maltemp u x-xita fl-aħħar jiem ferqet ir-ramel u dan spiċċa lura fil-baħar. Fi stqarrija l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qalet li flimkien…

Edukazzjoni

L-operaturi tat-trasport fl-iskema ta’ trasport b’xejn għall-istudenti tal-iskejjel tal-Knisja u indipendenti żdiedu bi 18 oħra. Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li l-operaturi tat-traspost telgħu għal 75. Il-Ministeru qal li ser ikun…

Lokali

Il-Moviment Patrijotti Maltin organizza mixja mill-Ħamrun sal-Marsa b’solidarjetà mar-residenti. Henry Battistino f’isem il-Moviment qal li b’din il-mixja jridu juru s-solidarjetà tagħhom għaliex qal li dawn ir-residenti qed isofru konsegwenzi minħabba…

Aktar