Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

L-Orizzont turi ritratt tal-baqar u tgħid li se ssir rilokazzjoni ta’ seba’ rziezet tal-baqar fis-Siġġiewi. Tgħd ukoll li intħalaq ftehim bejn il-GWU u l-Malta Public Trasport. U l-istorja prinċipali tgħid li minn statistika tal-EUROSTAT dwar persuni mingħajr impjieg Malta hi t-tielet l-inqas b’rata ta’ qgħad.

L-istorja ewlenija ta’ The Malta Indepdent tgħid li ffullar fl-isptar Mater Dei issa laħaq livelli totalment ġodda.

In-Nazzjon tgħid kif il-Gvern ħallas €4.2 miljuni biex jikseb lura s-sit ta’ Cafe Premier bit-titlu ‘Skandlu jinten b’xamma ta’ korruzzjoni’ u r-ritratt tad-deputati Nazzjonalisti Ryan Callus u Jason Azzopardi waqt konferenza tal-aħbarjiet ilbieraħ. Tgħid ukoll fi storja oħra li fil-Libja kien hemm ir-riżenji tal-Prim Ministru u l-Kabinett.

The Times turi ritratt tal-istilla ta’ Hollywood Angelina Jolie li bħalissa qiegħda Malta. Ir-ritratt ttieħed qrib Imġarr ix-Xini. Tgħid ukoll fi storja oħra kif skont il-birdlife id-demokrazija qed tiġi imbgħabsa biex tikkuntenta lill-kaċċaturi. Fl-istorja ewlenija the Times tgħid kif bejjiegħ tal-ħaxix miet waqt l-att sesswali ma’ prostituta.