Lokali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

Din hija ħarsa lejn l-istejjer li nsibu fil-faċċati tal-ġurnali tal-lum it-Tlieta 17 t’April:

L-Orizzont jirrapporta li l-amministratriċi tal-grupp Facebook “Yes to Embryo Freezing in Malta”, Maltija li tgħix fil-Ġermanja, qalet li meta waslet il-Ġermanja, kienet tiffriza l-embrijuni tagħha. Qalet li bil-proposti l-ġodda tal-IVF f’Malta, jekk hija tagħmel l-IVF, xorta tagħżel li tmur barra minn Malta għax ma tridx min jiddeċiedi fuq l-embrijuni tagħha u ma taqbilx mal-adozzjoni li qed tiġi imposta. Fi kliemha qisna qed nagħlqu ħalq il-konservattivi u nilagħbu l-karta tal-ugwaljanza.

Rapport ieħor jgħid li l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, flimkien mal-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon, ħabbru erba’ skemi b’total ta’ €10.5 miljun li se jindirrizaw n-nuqqas ta’ ħlas ta’ sahra u flejjes oħrajn li jappartjenu lil madwar sitt elef ħaddiem, li ġejjin minn oqsma u perjodi differenti.

U permezz tar-ritratt, l-Orizzont tgħid li l-karozza ta’ Simon Busuttil kienet użata għat-twaħħil tal-posters illegali.

The Malta Independent fl-istorja ewlenija jirrapporta li sitt xhur wara li nqatlet f’karozza bomba, mijiet ta’ persuni lbieraħ onoraw lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia billi attendew għal quddiesa u velja fil-Belt Valletta. L-erba’ kelliema li indirizzaw lill-folla miġbura quddiem il-binja tal-Qorti, u l-Arċisqof Charles Scicluna li mexxa quddiesa fil-Knisja ta’ San Franġisk, tkellmu dwar il-ġustizzja. Ir-rapport akkumpanjat b’ritratt tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ser jistenna aktar diskussjonijiet interni fl-HSBC, li mistennija jsiru f’Ġunju, qabel ma jagħti aġġornamenti dwar is-sitwazzjoni tal-HSBC f’Malta. Fl-4 t’April, il-Bloomberg irrappurtat li skont persuni infurmati dwar id-diskussjonijiet, il-Kap Eżekuttiv John Flint u ċ-Chairman Mark Tucker qed jikkunsidraw li jnaqqsu l-preżenza tal-bank madwar id-dinja bħala parti minn pjan li mistenni jitħabbar fix-xhur li ġejjin.

In-Nazzjon bi storja waħda fuq il-faċċata bit-titlu “Il-Parlament jaċċetta li l-embrijuni huma persuni”. Tgħid li mill-inkjesta dwar inċident li seħħ f’Mater Dei f’Jannar tas-sena l-oħra fl-inkubatur tal-embrijuni, jirriżulta li t-telfien ta’ disa’ jew għaxar embrijuni kien kaġun ta’ żball uman. Fi stqarrija ministerjali, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li fl-aħħar ta’ Jannar 2018 inħatret inkjesta indipendenti dwar inċident li seħħ fl-ART f’Mater Dei, is-27 ta’ Jannar 2017. L-inkjesta tmexxiet mill-Imħallef Alberto Magri.

Ir-rapport jgħid li d-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li l-Oppożizzjoni turi solidarjetà mal-koppji involuti u sostna li kieku ma seħħx dan il-każ, l-embrijuni kienu jitwieldu. Hu qal li l-Parlament għandu jħares tassew il-protezzjoni tal-embrijuni u l-ħajja mill-bidu nett tagħha; mill-konċepiment.

Times of Malta jirrapporta li skont id-Direttur taċ-Ċentru tal-Istudju dwar ix-Xogħol, Dr Anna Borg, in-nisa jaħdmu iktar minn xahar fis-sena mingħajr ħlas minħabba d-distakk fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel; u jekk ma jsir xejn – ix-xejriet ikomplu jmorru għall-agħar. Il-ġurnal iżid li f’Malta, id-distakk bejn il-pagi trippla fl-aħħar erba’ snin: minn 4.5 fil-mija fl-2014 għal 11 fil-mija fl-2018. B’mod ġenerali, id-distakk fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel huwa ta’ 50 fil-mija.

Fi storja oħra, proprjeta’ tal-Knisja ser tiġi żviluppata fi sptar għal kura paljattiva mill-Malta Hospice Movement wara ftehim iffirmat ilbieraħ. L-Arċisqof Charles Scicluna qal l-Knisja f’Malta ser tipprovdi proprjeta’ b’valur ta’ tmien miljun ewro. L-isptar mistenni jilqa’ l-ewwel pazjenti b’mard terminali fl-2021.

Fi storja ritratt, bit-titlu ‘Mhux kapitlu magħluq’, ilbieraħ filgħaxija n-nies inġabru fi Triq ir-Repubblika, il-Belt fejn ġiet iċċelebrata quddiesa fil-Knisja ta’ San Franġisk biex tfakkar sitt xhur mill-qtil tal-ġurnalista, Daphne Caruana Galizia.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Raġel ta’ 41 sena mir-Rabat, Malta, ġie arrestat il-lejl li għadda wara li nqabad bi 3.5 kg droga. Il-Pulizija qalet li l-ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wasslet biex ir-raġel twaqqaf huwa…

Lokali

Emma Muscat ilbieraħ għażlet li tkanta A Sky Full of Stars; wieħed mill-iktar xogħlijiet popolari tal-artist Avicii, li miet proprju jum qabel fl-età ta’ 28 sena. Fuq il-midja soċjali Emma…

Lokali

Żewġ persuni ġarrbu xi ġrieħi f’ħabta ħdejn il-bajja tal-Għadira, il-Mellieħa, llum waranofsinhar. Il-Pulizija qalet lil TVM li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-2.00pm fi Triq il-Marsa. Fil-ħabta kienu involuti żewġ quadbikes u…

Aktar