Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

Times of Malta tagħti prominenza liż-żjara f’Malta tal-kummissarju Ewropew Cecilia Malmstrom u tgħid li l-Frontex mhux se jieħu f’idejh il-missjoni ta’ salvataġġ tal-immigranti mill-Italja mgħarufa bħala Mare Nostrum. Tikkwota lill-agenzija tgħid li m’għandhiex biżżejjed fondi għaliha.

Rapport ieħor jgħid li għassies tal-riżerva naturali fl-Għadira qal li ħassu intimidat hekk kif il-pulzija ħabtu fuq il-bieb tad-dar tiegħu biex jistaqsuħ xi mistoqsijiet wara li salva fjamingu f’Paradise Bay.

The Malta Independent ukoll tirraporta iż-żjara ta’ Cecilia Malmstrom f’Malta u tikkwotha tgħid li Malta għandha bżonn tindirizza il-politika dwar d-detenzjoni tal-immigranti.

Storja oħra tgħid li il-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt qed jissemma li jista’ jospita il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea meta tkun qed titmexxa minn Malta fl-2017.

L-Orizzont tgħid li l-qabda kbira ta drogra mill-pulzija fl-aħħar jiem waslet minn Sqallija hekk kif f’kantina, taħt blokka appartamenti f’Tas-Sliema instabu 18-il kilogramm ta’ ħaxixa.

Dan il-ġurnal jgħid ukoll li l-Kummissarju Ewropew nominat Malti Karmenu Vella mistenni jingħata d-dekasteru tas-sajd tal-Unjoni Ewropea.

In-Nazzjon tirraporta li tabib barrani li jipprattika fl-Isptar Mater Dei ammetta fil-Qorti li wettaq żball kbir wara li ħareġ ċertifikati mediċi ta’ mara mingħajr ma’ kien eżaminaha.

Ritratt separat juri lil-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil flimkien mal-Kummissarju Ewropew Cecilia Malmstrom waqt iż-żjara tagħha fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pieta’.

Stejjer li jkomplu fil-paġni ta’ ġewwa jinkludu rapport dwar filmat li l-immigranti irregolari tellgħu fuq l-internet miġbud fiċ-ċentru ta’ detenzjoni li juri id-desperazzjoni tagħhom.

Hemm ukoll rapport dwar is-summit tan-NATO fejn qed jiġu diskussi r-Russja u t-theddida tal-Istat Iżlamiku.