Lokali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin tal-ġurnali tal-lum

Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin li ġew ippubblikati fil-ġurnali tal-lum il-Ħamis 7 ta’ Diċembru 2017.

The Times of Malta

Fuq il-faċċata ta’ dan il-ġurnal insibu ritratt tar-rabja internazzjonali li kkawza l-President Amerikan Donald Trump li qabad u ddecieda biex jirrikonoxxi l-belt ta’ Ġerusalemm bħala belt Iżraeljana.  B’rabja kbira l-Palestinjani ħarqu bnadar Amerikani u Iżraeljani hekk kif din hija waħda mill-weġgħat kbar.

Storja oħra fuq il-faċċata tgħid li l-inkjesta dwar Daphne Caruana Galizia tista’ ssolvi każijiet kriminali oħra, fosthom li jsolvu l-persuni li kienu l-moħħ wara karozzi bomba oħra li saru f’pajjiżna qabel dik ta’ Daphne Caruana Galizia.

Rapport ieħor li jidher f’dan il-ġurnal jgħid li bidla fil-liġi fil-ġimgħat li għaddew tat aċċess lill-Gvern biex jikseb permess għal shooting range kbira f’Ta’ Kandja u dan mingħajr ma saret full development application.  Din ix-shooting range kienet ġiet validata mill-Awtorità tal-Ippjanar fit-22 ta’ Novembru li għadda b’Development Notification Order.

The Malta Independent

The Malta Independent fl-istejjer ewlenin, jippubblika ritratt bit-titlu ‘l-Infern ta’ Kalifornija’, hekk kif eluf ta’ residenti sfaw bid-djar tagħhom rimed kawża tan-nirien naturali li ġabu tant ħajjiet ta’ familji fix-xejn, għax spiċċa nqerdilhom kollox.

Storja oħra fuq il-faċċata tgħid li l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ma tax importanza għall-mistqosijiet li sarulu dwar Nexia BT u l-bank Pilatus fid-dawl ta’ riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li qed issejjaħ għal investigazzjoni dwar il-process tal-liċenzjar u konformità.

Storja oħra fuq il-faċċata dwar it-tilwima industrijali li għaddejja bħalissa bejn l-MUT u l-MCAST, bil-President tal-MUT Marco Bonniċi jordna strajk għall-ħmistax ta’ Diċembru, u li qed jgħid li b’xorti ħażina huma dejjem l-istudenti li jispiċċaw ibatu minn azzjonijiet bħal dawn.

In-Nazzjon

Dan il-ġurnal jiddedika l-faċċata għal storja fuq l-arresti  b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Ir-rapport jgħid li għad mhux magħruf il-mandant tal-qtil u min kien il-middle man ta’ dan il-qtil makabru.  Il-ġurnal qed jgħid li jekk il-Pulizija ma ssibx tarf ta’ min kien il-persuna li ordna biex iseħħ dan il-qtil, allura skont il-ġurnal, ix-xogħol tal-Pulizija jkun sar nofs leħja.  Madanakollu, l-istess rapport jgħid ukoll li l-Pulizija għandha f’idejha biżżejjed materjal biex issaħħaħ idha kontra Ċensu Muscat magħruf bħala l-Koħħu u l-aħwa Degiorgio.

L-Orizzont

Fl-Orizzont insibu storja li tirrapporta x’qal il-ġurnal Taljan La Repubblica, li kienu l-aħwa Degiorgio li splodew il-bomba mwaħħla mal-karozza ta’ Daphne Caruana Galizia.  Skont il-ġurnal Taljan, wieħed minnhom kien fil-Bidnija josserva l-vettura misjuqa mill-ġurnalista, u meta raha għaddejja kkuntattja lil ħuh li kien fuq dgħasja li bagħat sms biex sploda il-bomba.

Storja oħra fuq il-faċċata tgħid li l-GWU għamlet fethim kollettiv għall-ħaddieam tal-ground handling.

Storja oħra tirrapporta dwar statistika oħra mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, li tikkonferma li l-ekonomija Maltija bejn Lulju u Settembru ta’ din is-sena kompliet tikber b’7.2 fil-mija.

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Esebizzjoni li żżewwaq il-figurattiv mas-surreali, il-pitturi ta’ Alfie Gatt jinstigaw u jnebbħu l-kilba għal dak li huwa naturali. “Love Letter” hija kollezzjoni ta’ xogħlijiet artistiċi mimlija immaġinazzjoni. Alfie Gatt huwa…

Stejjer Umani

Iċ-Champion ta’ Malta tal-bowling taħt it-23 sena huwa Philip Gruppetta li mhux biss irnexxilu jegħleb il-kundizzjonijiet intellettwali tiegħu iżda anke l-kompetizzjoni ta’ żgħażagħ oħrajn bla diżabbiltà. Din hi s-sitt darba…

Kultura

Id-Deputat Speaker Claudette Buttigieg inawgurat il-wirja ‘Jiddefendu l-Libertajiet Tagħna’ f’għeluq it-tletin sena tal-Premju Andrei Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb. Andrei Sakharov (1921-1989) kien Russu, bniedem għaref, xjentist kbir, studjuż u awtorità fil-fiżika. Għalkemm meqjus…

Lokali

Fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena ftit aktar minn ħames mija u ħamsin pazjent marru għall-kura barra minn Malta. TVM iltaqa’ ma’ Helen Caruana li tinsab Londra tistenna trapjant tal-fwied u…

Aktar