Skip to content
tvm.com.mt
Popolin Feedback Form
It-Temp Illum
Min
13°
Max
17°
Upload
Photo/Video
  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
PROGRAMMI
Comedy Diskussjoni Divertiment Dokumentarji Drama Edukazzjoni Ġrajjiet Kurrenti Informazzjoni Kultura Lifestyle Mużika Oħrajn Prime Time Programmi tat-tfal Saħħa Soċio-Reliġjużi Sports Teknoloġija Varjetà
RIĊENTI
LIVE
  • TVM
  • TVM2
  • Magic Malta
  • Radju Malta
  • Radju Malta 2
tvm.com.mt
Upload
Photo/Video
It-Temp Illum
Min
13°
Max
17°
Ġurnali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin tal-ġurnali tal-lum il-Ħadd
Imtella' Jannar 24, 2021 - Aġġornata 24 Ta' Jannar, 2021 6:53am
Rapport: Maria Muscat

Kullħadd

Fuq il-ġurnal storja waħda li titratta d-direzzjoni politika li qed jieħu l-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap Nazzjonalista Bernard Grech fejn skont il-ġurnal, Dr Grech huwa nkapaċi li jiddeċiedi fuq diversi temi.  Il-ġurnal jgħid li Dr Grech mhux biss baqa’ jkaxkar saqajh għal aktar minn tlett xhur biex jiddeċiedi fuq ix-shadow cabinet tiegħu iżda meta kellu jiddeċiedi spiċċa biex irtira l-pjan oriġinali li kellu.  Il-ġurnal jgħid ukoll li Dr Bernard Grech huwa nkapaċi li jiddeċiedi fuq id-divorzju, stazzjonijiet politiċi, prostituzzjoni, Covid u fuq il-kannabis.

 

Il-Mument.

B’ritatt tal-Kap Nazzjonalista Bernard Grech, u t-titlu ‘Pass ieħor lejn paġna ġdida’, il-ġurnal jiffoka fuq id-direzzjoni tal-Partit Nazzjonalista mmexxija minn Dr Grech, issa li għamel reshuffle fix-shadow cabinet tiegħu. Karol Aquilina s-segretarju tal-grupp parlamentari Nazzjonalista qal li Dr Grech għamel bidla nterna, u dan allura jfisser paġna ġdida għall-Partit Nazzjonalista.

 

Fuq il-faċċata wkoll il-ġurnal b’diversi titli ta’ stejjer oħra li nsibu fuq il-paġni ta’ ġewwa, fosthom storja li tgħid li l-Gvern iħaddem elf persuna bħala konsulenti jew persuni ta’ fiduċja, kif ukoll rapport dwar l-aħħar aġġornament mediku fuq il-Covid.

 

Torċa.

Fuq il-faċċata storja dwar id-dritt li mpjegat jieqaf jaħdem wara li jkun għamel is-sigħat tiegħu fuq il-post tax-xogħol u mhux minħabba t-teknoloġija, il-ħaddiem ma jieqaf qatt jaħdem għax jirċievi emails u komunikazzjoni oħra wara l-ħin tax-xogħol.  Dwar dan tkellem is-segretarju ġenerali tal-GWU Josef Buġeja dwar qafas leġiżlattiv dwar dan, fejn skont stħarriġ li kien ippubblikat is-sena li għaddiet mill-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, liema stħarriġ jindika li 40% tal-ħaddiema Maltin kienu ġew ikkuntattjati wara l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom.

Storja oħra titratta dwar l-effett tat-tilqima kontra l-Covid, fejn fl-Iżrael, fejn l-għoti tat-tilqim qiegħed fi stadju avvanzat, instab li l-anzjani ta’ l fuq minn 60 sena qed jimirdu u jmutu bi tlett darbiet inqas.

Storja oħra fuq il-faċċata titratta għadd ta’ xufiera li jaħdmu mat-trasport pubbliku li qalu li jħossu li xogħlhom mhux apprezzat filwaqt li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom tnaqqsu drastikament.

Rapport ieħor jitratta dwar il-bidla li jrid iġib il-Prim Ministru fis-settur tal-kostruzzjoni.   Entitajiet stabbiliti li bi stqarrijiet uffiċjali fl-aħħar jiem ħarġu bir-reazzjoni pożittiva tagħhom. Iżda aktar minn hekk kemm persuni mill-industrija kif ukoll fil-qasam tal-attiviżmu soċjali, qed isostnu li r-rieda li qed juri l-Prim Ministru huwa nifs qawwi għall-bidla f’dan is-settur.

 

The Sunday Times

Fuq il-faċċata nsibu ritratt tas-Supretendent tas-saħħa pubblika Charmaine Gauci li lbieraħ ħadet l-ewwel doża tat-tilqima kontra l-Covid.

Storja oħra tgħid li Malta qed taffaċċja eżodu ta’ infermiera li qed ifittxu jmorru jaħdmu fir-Renju Unit, b’dan il-pajjiż qed jagħmel sforz kbir biex joħroġ mill-pandemija.  Skont il-ġurnal mal-140 infermier diġa rriżenjaw mill-impjiegi biex imorru  jaħdmu fir-Renju Unit

Storja oħra titratta dwar kif il-pulizija għaddejja b’investigazzjoni nterna wara li t-taqsima tal-EPU, l-Environment Protection Unit, li taħdem fuq kaċċa u nsib illegali, ma ressqitx diversi nies il-Qorti u li minħabba dan dawk akkużati bir-reati rnexxielhom jaħarbu mill-ġustizzja.

 

ILLUM

L-istorja ewlenija fil-ġurnal hija dwar Francis Żammit Dimech li jrid jibqa’ fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista u li f’Marzu li ġej se jkun qed jikkontesta għal din il-kariga.

Fuq il-faċċata wkoll mistoqsija mill-ġurnal li ttratta jekk mara għandhiex bżonn mekkaniżmu biex tidħol fil-parlament.

 

The Malta Independent on Sunday

Fuq il-faċċata ritratt tal-Professur Charmaine Gauci qed tingħata t-tilqima kontra l-Covid

Storja oħra tgħid li r-recordings ġodda minn priġunier Olandiż Julian Hofstra jistgħu jxekklu l-każ kontra Yorgen Fenech, il-bniedem allegat li hu l-mandant għall-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.  Dawn ir-recordings jikkonsistu f’konverżazzjonijiet bejn Melvin Theuma u Julian Hofstra, fejn jidher li Theuma jinstema’ jgħid affarijiet li jikkontradixxu x-xhieda tiegħu stess fil-Qorti.

Storja oħra tgħid li skont il-Ministru għall-ekonomija Silvio Schembri, wara l-aħħar ta Marzu l-Gvern qed jippjana li jimplimenta miżuri li jinkoraġġixxu t-tkabbir eknomomiku.

 

Maltatoday

Fuq il-faċċata storja li tgħid li dawk li jwasslu l-ikel frisk permezz tal-mutur qed jitilfu nofs il-paga tagħhom minħabba prattiċi llegali.  Skont il-ġurnal għadd ta’ kumpanniji li jħaddmu ħaddiema barranin qed jiksru l-liġi, fejn qed jisirqu nofs il-pagi ta’ dawn il-ħaddiema.  L-istorja akkumpanjata b’ritratt ta’ tant sewwieqa ta’ muturi li naraw iduru mal-pajjiż iqassmu l-ikel msajjar.

 

Storja oħra tgħid li sidien ta’ artijiet fis-Swatar qed jitolbu għal bidla fil-pjan lokali u dan biex ikunu jistgħu jiżviluppaw art agrikola li tmiss mal-by pass ta’ B’Kara.  Is-sit jinvolvi medda ta’ art ta’ 123 ,000 metru kwadru.

 

 

 

Share
Aħbarijiet Oħra
Lokali
Imut Ġorġ tal-Mużew
Politika
Protesta quddiem il-Parlament kontra ‘l-qarnita li ħakmet lil Malta’
Politika
Mistennija tgħaddi b’mod unanimu mill-Parlament ir-riforma dwar il-liġi tad-divorzju
Dwana
Pakkett b’għaxar għasafar mejta interċettat mid-Dwana ta’ Malta
Aktar
L-Aħbarijiet tat-20:00
22/02/2021
Kronaka
AĠĠORNAT (3): Luiga Magro hija l-mara li tilfet ħajjitha wara li ttajret fil-Qrendi
Lokali
Imut Ġorġ tal-Mużew
Politika
AĠĠORNAT: Persuni bi dħul baxx se jirċievu sa €10,000 f’differenza fil-kera ta’ qabel l-1995
Ambjent
Ibattal il-konkos f’żona protetta f’Birżebbuġa u jħalli ħerba
Qorti
Eku tal-mewt traġika ta’ ġuvni li ġġarraf fuqu ħajt fis-Swieqi
ARA: Il-P71 titniżżel għall-ewwel darba fl-ilma – se tkun l-ikbar lanċa tal-Forzi Armati
ARA: Il-PM dwar ir-riforma fil-liġi tal-kera u l-white paper fuq id-dekriminalizzazzjoni tal-kannabis
Ġust li tarbija tiġi reġistrata fuq ġenitur wieħed?
Kemm nitħallsu aħna l-Maltin meta mqabbla mal-Ewropej?
Medja ta’ tmintax-il każ ta’ diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol fis-sena fl-aħħar għaxar snin
AĠĠORNAT: Il-Kabinett japprova white paper favur id-dekriminalizzazzjoni tal-kannabis sa ċertu ammont
AĠĠORNAT (3): Luiga Magro hija l-mara li tilfet ħajjitha wara li ttajret fil-Qrendi
ARA: L-iskola f’Malta li qed tipproduċi stilel fl-isport
‘L-inċidenti mhux dejjem tort tagħna’ – sewwieqa tal-muturi
Meta se jsiru l-eżamijiet tal-primarja u tas-sekondarja?
L-aġenti tal-ivvjaġġar jitolbu għal inċentivi biex ipattu għall-flus li se jitilfu
Tappella lill-awtoritajiet biex persuni b’mard rari u dawk li jieħdu ħsiebhom ifittxu jieħdu t-tilqima kontra l-Covid-19
Home Agħmel Kuntatt Magħna Dati Importanti
Privatezza Termini tal-użu

Fittex bi frażi

  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
    • Back
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
    • Back
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin