Ġurnali
Ħarsa lejn l-istejjer fil-faċċati tal-gazzetti tal-lum

MaltaToday

Fl-ewwel paġna fil-gazzetta l-MaltaToday insibu ritratt tal-Arċisqof Charles J Scicluna u storja dwar art li qed tiġi żvillupata fil-Qala Għawdex mill-iżviluppatur Joseph Portelli.

Il-gazzetta tgħid li l-familja Stagna Navarro kienet qed tagumenta li hi l-eredi ta’ fondazzjoni tas-seklu sbattax b’għeruq nobbli li kienet tinkludi fiha medda ta’ art f’Għawdex.

Jingħad li l-familja ħallset €200,000 lil Kurja sabiex ħadet fil-kontroll tagħha l-fondazzjoni Abbazia di San Antonio delli Navarra. Il-ġurnal jgħid li dwar din l-istorja l-arċisqof irrifjuta li jwieġeb id-domandi tal-ġurnal.

Rapport ieħor fil-ġenb tal-ewwel paġna jgħid li Malta se tittrasponi direttiva tal-UE dwar id-drittijiet tal-Whistleblowers.

 

Times of Malta

Il-ġurnal the times of malta jagħtina ritratt ta ‘waħda mill-vġili li seħħet ilbieraħ li tfakkar ir-raba anniversarju mill-qitl ta’ Daphne Caruana Galizia.

Rapport fl-ewwel paġna jikkwota lil Matthew Caruana Galizia iben il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li wera l-fehma li Malta għad m’għandix il-kuraġġ biex tmexxi każ kriminali fil-konfront ta’ dawk viċin il-politika u politiċi nnfiushom.

Rapport ieħor jgħid li 30% tal-priġunieri instba li kellhom qed ibatu minn infezzjonijiet trażmessi sesswalment.

It-Torċa

Fl-ewwel paġna t-Torċa, ritratt u fuqu titlu li jaqra’ Madwar miljun turist mistennija li jkunu ġew Malta din is-sena.

Ir-rapport ewlieni tat-Torċa jitratta l-każ ta’ vittma li kienet stuprata
tliet darbiet fl-età ta’ 12, 14 u 15-il sena xejn inqas minn 20 sena ilu u dan meta hi kienet taħt ordni ta’ ħarsien, wassal biex il-Fondazzjoni għasServizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) f’kummenti lil t-Torċa titlob apoloġija lill-vittma.

Rapport ieħor jgħid li l-GWU qed tircieva mat-80 telefonata kuljum għall-kumpens mill-asbestos wara li fl-aħħar jiem eks ħaddiema tat-Tarzna bdew jingħataw kumpens għall-mard li sofrew matul iż-żmien waqt il-ħidma tagħhom meta kienu esposti għall-asbestos.

 

The Malta Independent on Sunday

Il-gazzetta tippublika fl-ewwel paġna silta mill-intervista li l-gazzetta ħejjiet ma’ oħt il-ġurnalista assasinata Daphne Caruana Galizia, Corinne Vella.

Is-Sinjura Vella tisħaq mal-ġurnal li xejn ma nbiddel f’dan il-pajjiż mindu ġew ippublikati l-konklużjonijiet tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil t’oħtha.

Rapport ieħor fl-ewwel paġna jgħid li xi lukandi qed jżommu kmamar vojta minħabba li mhux issibu biżżejjed ħaddiema.

Il-Mument

Fil-faċċata l-gazzetta l-Mument tgħid li Transport Malta se tkun qed tinqasam fi tliet aġenziji sabiex il-Gvern ikompli jimpjega aktar nies tal-fiduċja tiegħu.

Permezz ta’ ritratt u titlu, l-gazzetta tgħid li l-bieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista sellem il-memorja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Il-gazzetta tinkludi wkoll grafika dwar dak li sejjaħ żbilanċ fix-xandir pubbliku.

Il-Kulħadd

Il-gazzetta Kullħadd, b’rapport dwar it-trakka li se jkollha ċertifikazzjoni mill-FIA u ddisinjata mill-esperti rinomati ta’ Tilke biex skont il-gazzetta mhux biss se twettaq il-ħolma għal kull dilettant lokali, imma saħansitra se ġġib f’pajjiżna stess fost l-ogħla kategoriji ta’ kompetizzjonijiet tat-tlielaq tal-motorsport fid-dinja.

Rapport ieħor koppji żgħar u anzjani fost dawk l-aktar li se jibbenefikaw mill-baġit tat-Tnejn li għadda.

Illum

L-Illum tiddedika l-ewwel paġna għall-rapport dwar il-linja tal-ajru nazzjonali l-Air Malta.

Tgħid li l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana jiżvela mal-ILLUM li s-sena d-dieħla l-linja nazzjonali tal-ajru mistennija tagħmel telf ta’ bejn €25 miljun u €30 miljun.