Barranin
Ħasbet li kienet tqila – tkexkxet meta skopriet ir-realtà

Mara fir-Renju Unit bdiet tirċievi ħafna kummenti ta’ awguri meta bdiet tiżżaqqaq, u għalkemm kienet taf li mhix tqila, ma baqgħetx tikkoreġi lin-nies biex ma tiksirhomx.

Keely Favell bdiet taħseb li kienet sempliċiment qed teħxien, u kull test tat-tqala li kienet tagħmel kien jirriżulta fin-negattiv. Meta żaqqha iżda kompliet tikber għad-daqs ta’ 9 xhur tqala, marret għand it-tabib, li sostna li bilfors kienet tqila.

Minn hawn marret għal ultrasound, u kien waqt dan l-eżami mediku li ndunat li kellha xi ħaġa xejn sabiħa. Wiċċ l-infermiera nbidel għal wieħed ta’ xokk, u meta qaltilhom li se tkellem konsulent, Keely bdiet tippanikkja.

CT Scan kixef realtà sorprendenti. Keely ma kinitx ħoxna, u lanqas ma kienet qed iġġorr tarbija. In-nefħa kienet ġejja minn ċesta enormi fl-utru. Il-professuri qalulha li setgħet titneħħa biss b’operazzjoni, u li sakemm issir lanqas setgħu jgħidu kemm kienet kbira eżatt.

Meta l-operazzjoni ntemmet u ċ-ċesta tneħħiet, kulħadd baqa’ sorpriż bid-daqs tagħha. Iċ-ċesta kienet tiżen 26 kg, li jammontaw għal daqs sebat itrabi f’daqqa, jew tifel ta’ tmien snin.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Shamima Begum –  it-tfajla Ingliża li telqet minn pajjiżha biex tingħaqad mal-Istat Iżlamiku spiċċat welldet fis-Sirja minkejja t-talbiet tagħha. Shamima kienet qalet li xejn ma kienet skurmentata bil-vjolenza li rat…

Barranin

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump sejjaħ lill-pajjiżi Ewropej, fosthom r-Renju Unit, Franza u l-Ġermanja biex jgħaddu ġuri lill madwar 800 militant tal-grupp li jsejjaħ lilu innifsu Stat Iżlamiku li nqabdu…

Barranin

Il-President tal-Parliament Ewropew, Antonio Tajani qed jaffaċċja kiritka qawwija wara li sejjaħ partijiet mill-Kroazja u l-Islovenja bħala reġjuni Taljani. Id-dikjarazzjoni ta’ Tajani xejn ma niżlet tajjeb mal-ex prim ministri u…

Barranin

Ajruplani militari waslu f’Venezwela bl-għajnuna umanitarja, mal-burdura ta’ Cucuta. L-għajnuna waslet wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Juan Guaidó għamel talba għall-għajnuna. Min-naħa l-oħra, il-President Nicolás Maduro qed jallega li l-għajnuna umanitarja hija…

Aktar