Kurżitajiet
Ħasbuha tajra eżotika iżda x’ħin qabduha xammewha stramba

Fl-Ingilterra kull min lemaħ dan l-għasfur ħaseb li kien qed jara b’għajnejh speċi rari iżda dan ma kienx minnu.

Kienu membri tal-pubbliku li qabdu dak li kien mingħalihom speċi eżotika iżda ntebħu li kien hemm xi ħaġa li tistona hekk kif l-għasfur kien qed jarmi riħa stramba ta’ ħwawar.

L-għasfur ma kien xejn ħlief gawwija miksija curry u ħadd għadu ma jaf kif spiċċat f’dan l-istat. Hija b’konsegwenza t’hekk ma setgħetx ittir kif suppost u għalhekk ittieħdet għand il-professjonisti.

Grupp ta’ veterinarji sabu l-gawwija f’saħħitha iżda ħasluha biex ineħħulha l-ħwawar minn fuqha. Hija mistennija tiġi rilaxxata ladarba tikseb lura saħħitha.

Il-gawwija, li hija magħrufa aħjar bħala herring gull, issemmiet Vinny għall-aktar platt jaħraq tal-curry, il-Vindaloo.

Dan mhux l-ewwel każ ta’ gawwija misjuba miksija curry.

Ara wkoll:

Gawwija oranġjo wara li waqgħet fil-curry

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-filming tal-film ċelebri The Fast and the Furious 9 waqaf ħesrem hekk kif seħħ inċident gravi fuq is-sett wara li l-istunt man tal-attur Vin Diesel spiċċa f’koma. Joe Watt, li…

Barranin

Boris Johnson ġie elett Mexxej tal-Partit Konservattiv, u għada jibda jservi bħala Prim Ministru tar-Renju Unit. Hu kiseb żewġ terzi tal-voti fl-elezzjoni fost il-membri tal-Partit Konservattiv. Hu kien ikkontestat minn…

Barranin

Attivista li kienet tikkampanja għad-drittijiet umani, b’mod partikolari għal persuni LGBTIQ, inqatlet viċin darha fir-Russja. Il-katavru ta’ Yelena Grigoryeva, ta’ 41 sena, instab qalb siġar baxxi f’St Petersburg. Hija kellha…

Barranin

Tħabbret il-mewt ta’ David Hedison, l-attur Amerikan magħruf l-aktar għall-films li ħadem ta’ James Bond. Hedison miet fl-età ta’ 92 sena u kien jaħdem il-parti ta’ Felix Leiter fil-films ta’…

Aktar