Kurżitajiet
Ħaseb li se jkun romantiku iżda spiċċa f’nofs traġedja

Raġel Amerikan għereq waqt li kien qed jipproponi lit-tfajla tiegħu fl-ilmijiet tat-Tanżanija.

Steven Weber u t-tfajla tiegħu Kenesha Antoine, kienu qegħdin fuq btala tal-ħolm fuq il-gżira ta’ Pemba, f’kabina mdawwra bl-ilma meta Weber fettillu jagħmel att romantiku mhux tas-soltu.

Fil-filmat, li ġibdet Kenesha Antoine stess, Weber jidher qed jgħodos u jżomm in-nifs biex jipproponilha iżda dak li kellu jkun mument maġiku spiċċa fi traġedja hekk kif Weber qatt ma’ tela’ lura.

Kenesha Antoine qalet li Weber qatt ma niżel f’daqshekk fond u għalhekk in-nifs ma taħx iżjed.

B’qalbha maqsuma, Kenesha Antoine qalet li Weber qatt mhu se jkun jaf riditx jew le tiżżewġu. Hija qalet li se tipprova ssib sabar bil-fatt li kienu qed igawdu btala tal-ħolm flimkien u li Weber miet kuntent.

 

Aħbarijiet Oħra
Sport

B’kollox, ta’ kull sena, jidħlulha madwar 5,000 atleta. U, nhar il-Ħadd, xejn anqas, hekk kif daqstant ieħor mistennija jinġabru fl-inħawi tas-Saqqajja r-Rabat, bil-għan li jaħarqu kalorija jew tnejn. Il-Maratona ta’…

Mużika

Kull nhar ta’ Ġimgħa, fuq Television Malta, fis-7.00pm, jixxandar ‘Magic Malta Music Show’. Programm, ismu miegħu, relatat mal-mużika, u ppreżentat minn Dorian Cassar. Liema preżentatur, għal madwar nofs siegħa, idoqq…

Safar

Persuni li kienu qed jistennew biex imorru vaganza jista’ jkun li jibqgħu b’xiber imnieħer minħabba attivitajiet jew titjiriet li qed jiġu kkanċellati f’diversi pajjiżi bħala prekawzjoni kontra l-imxija tal-coronavirus. F’dan…

Kurżitajiet

Illejla, ‘X’sar minnhom’, jissokta bi programm ieħor, bil-għan li jqanqal xi ftit tan-nostalġija qalb it-telespettaturi ta’ Television Malta billi jerġa’ ‘jagħti l-ħajja’ lil għadd ta’ persuni lokali magħrufa, u li…

Aktar