Saħħa
Ħass it-toqol tal-pazjenti Maltin u qrabathom fl-isptarijiet f’Londra

Fl-ewwel żjara tiegħu lill-pazjenti Maltin, fl-isptarijiet f’Londra, il-President George Vella ra mill-qrib il-kura speċjalizzata li qed jingħataw il-pazjenti u ħass it-toqol tagħhom u ta’ qrabathom f’dawn is-sitwazzjonijiet filwaqt li ra kif il-Malta Community Chest Fund qed tkun ta’ spalla bl-għajnuna tagħha.

Fi tmiem żjara ta’ erbat ijiem f’Londra, il-President ta’ Malta, George Vella ddeskriva ma’ TVM il-mumenti meta ltaqa’ mal-pazjenti Maltin li qed jingħataw trattament fl-isptarijiet Ingliżi bħala emozzjonanti.

”Ma tistax ma tħoss għalihom dawn in-nies. Tgħid kieku kont jien x’kont nagħmel? M’hawnx sinjur u fqir. Kulħadd meta tiġi f’dik is-sitwwazzjoni kulħadd huwa bniedem li jrid is-simpatija, li jrid l-għajnuna u jrid il-mogħdrija.”

F’Londra, il-President Vella żar ħames sptarijiet li jikkuraw lill-pazjenti Maltin fl-isfond tal-għajnuna li l-Malta Community Chest Fund jagħti lil qrabathom f’dawn is-sitwazzjonijiet.

”L-MCCF, meta jkunu rreġistraw magħha u jkunu infurmawha li tilgħin hawnhekk jew jakkumpanjaw pazjent jew hu l-pazjent stess, iżomm kuntatt magħha u hemm proċess li bih jieħdu lura ħafna mill-ispejjeż li jkunu għamlu.”

Il-President Vella faħħar is-sens ta’ solidarjetà tal-poplu Malti u Għawdxi li jgħin lill-Community Chest Fund f’din il-missjoni.

”Aħna ngergru fuqna nfusna u naraw l-affarijiet ħżiena, però din hija xi ħaġa li żgur li l-Malti għandu jiftaħar biha.”

Kemm il-pazjenti u qrabathom kif ukoll id-diriġenti u l-konsulenti fl-isptarijiet japprezzaw dawn iż-żjarat li minn żmien għal żmien isiru mill-kap tal-istat, fosthom.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġ xufiera ta’ coaches dalgħodu rrikorrew għall-kura f’ċentru tas-saħħa wara ħabta fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.00am bejn coach tal-Aviaserv u coach tal-AirMalta, li ma kinux qed iġorru…

Xogħol

Il-Ministru Edward Zammit Lewis, filwaqt li nieda l-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena, qal li l-ekonomija tistrieħ fuq il-ħaddiem, u li dan il-premju jirrikonoxxi l-bżulija. Iċ-Chairperson tal-kumitat organizzattiv, Angela Agius, spjegat li…

Kultura

Waqt konferenza tal-aħbarijiet tħabbar il-kunċert innovattiv bis-sehem tal-mużiċisti tal-banda, Ħuġġieġa tal-Banda 12th May b’għajnuna ta’ fondi mill-Kunsill Malti għall-Arti. Il-banda 12th May ta’ Ħaż Żebbuġ bħalissa qed tipprepara għall-proġett Ħuġġieġa,…

Sigurtà

Il-kumpanija ARMS iċċarat li l-ħaddiema tagħha li jintbgħatu jaqraw il-meters tad-dawl u l-ilma jridu jkunu lebsin l-uniformi kif tidher fir-ritratt. TVM infurmat li fl-aħħar ġimgħat xi residenti esprimew tħassib dwar…

Aktar