Qorti
Ħati li aċċetta pagament biex jgħaddi karozza mill-VRT

Impjegat f’garaxx tal-VRT spiċċa bil-liċenzja sospiża għal għaxar snin wara li ċċertifika karozza li sippost m’għaddietx mit-test.

Michael Anthony Cahill miż-Żurrieq, impjegat f’garaxx tal-VRT f’Ħal Luqa, instab ħati li aċċetta ħlas ta’ €90 biex jiffirma dikjarazzjoni falza u jgħaddi karozza mill-VRT mingħajr ma tressqet għat-test.

Il-każ seħħ f’Jannar tal-2017. Minbarra li tilef il-liċenzja għal għaxar snin, Cahill ġie mmultat €500.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Waqt il-messaġġ tiegħu għat-tfal fi żmien tal-Ġimgħa Mqaddsa, l-Arċisqof Charles Scicluna daqq strument. Fil-filmat tiegħu, Mons. Scicluna reġa’ mar lura għal tfulitu u ġedded il-memorja billi ġab miegħu tliet affarijiet…

COVID-19

Fl-Isptar Monte Carmeli feġġew l-ewwel tliet każi ta’ pazjenti bil-COVID-19. Dan ħabbritu waqt konferenza stampa ilum Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci. Ir-residenti infettati huma mara ta’ 55 sena, raġel…

Kronaka

Minn tal-anqas persuna waħda weġġgħet f’inċident f’Bir id-Deheb, fil-limiti taż-Żejtun, għall-ħabta tas-2.15pm. Il-ħabta seħħet bejn karozza tal-għamla Honda Civic u karozza Toyota Corolla. It-tnejn ġarrbu ħsarat estensivi fuq in-naħa ta’…

COVID-19

Aktar setturi tax-xogħol, saħansitra professjonisti, qed iħabbtu l-bieb tal-gvern għall-ghajnuna finanzjarja, minħabba li qed jgħidu li huma wkoll qed jintlaqtu ħażin mill-pandemija tal-Coronavirus, li ġabet pandemonju fl-oqsma kollha tal-ekonomija. Fi…

Aktar