Qorti
Ħati li seraq fajl tal-Qorti dwar każ ta’ traffikar tad-droga

Wieħed mill-messaġġiera tal-Qorti akkużat li seraq fajl dwar każ ta’ traffikar ta’ droga nstab ħati u tpoġġa taħt ordni ta’ probation.

Iż-żewġ impjegati, Edwin Vassallo u Joseph Bezzina, kienu investigati mill-pulizija wara li fajl b’evidenza kontra raġel akkużat bi traffikar ta’ droga, sparixxa mill-Qorti f’April 2017. Kien ġie stabbilit li l-aħħar persuni li kellhom aċċess għal dan il-fajl kienu ż-żewġ akkużati, bit-tnejn li huma jwaħħlu f’xulxin u li kienet il-persuna l-oħra li ħarġet bl-idea. Bezzina kien insista li Vassallo kien staqsieh biex jaħbi l-fajl u jsakkru xi mkien. Qal li huwa ppannikja u mar jirraporta. Min-naħa tiegħu, Vassallo qal li Bezzina kien staqsieh jekk iridx jaqla’ xi flus billi jaħbi l-fajl. Qal li kien wiegħdu bejn bejn €5,000 u €10,000. Iż-żewġt irġiel tressqu l-Qorti separatament, b’Vassallo deher quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud.

Min-naħa tiegħu, il-Maġistrat Mifsud wara li analizza l-istqarrijiet tal-irġiel sab li l-verżjoni ta’ Vassallo hija aktar kredibbli.

Vassallo ma nstabx ħati li qered evidenza, imma nstab ħati li seraq il-fajl.

Il-Maġistrat Mifsud saħaq li dan il-każ huwa sejru ħafna li seta’ kellu konsegwenzi ħafna aktar serji li setgħu wasslu biex ikun imminat il-proċess ġudizzjarju dwar traffikar ta’ droga.

Huwa nstab ħati ta’ kompliċità u tpoġġa taħt ordni ta’ probation ta’ tliet snin.  Ordnatlu wkoll li jwettaq 480 siegħa ta’ servizz komunitarju.

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Coronavirus qed jolqot sew l-Amerka Ċentrali li saret l-epiċentru tal-pandemija. Fi Gwatemala, żewġ saċerdoti missjunarji Għawdxin qalu li fl-aħħar ġimgħat, il-faqar kompla jgħolli rasu b’saħanisitra familji qed itajru bandiera bajda…

COVID-19

Sidien ta’ ristoranti li fetħu fi tmiem il-ġimgħa wara aktar minn xahrejn magħluqa qalu lil TVM li minkejja li kien bidu kwiet, iħossuhom pożittivi għaliex il-klijenti qed juru sinjali ta’…

COVID-19

Għalkemm il-virus Covid 19 għadu mhux megħlub għalkollox u l-vaċċin kontrih jista’ jieħu bosta xhur oħra sakemm jiġi żviluppat u tibda l-produzzjoni tiegħu, bosta pajjiżi reġgħu bdew ibexxqu l-bieb tas-sistema…

COVID-19

Wara aktar minn xahrejn mċaħħda milli jaraw lill-qraba anzjani tagħhom, għadd kbir ta’ qraba bdew jingħataw l-opportunità li jaraw lil qrabathom minn wara l-perspex. Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vincenz de…

Aktar