Ħatriet
Ħatra oħra għall-Amministratur Appostoliku għal Għawdex Mario Grech

L-Amministrur Appostoliku għal Għawdex, l-Isqof Mario Grech inħatar membru fuq il-kunsill pontifiċju għall-promozzjoni tal-għaqda tal-knejjes Insara.

Il-ħatriet fuq dan il-kunsill pontifiċju saru llum mill-Papa Franġisku. Il-Kunsill Pontifiċju jaħdem biex jgħin il-Papa jkattar id-djalogu u għaqda bejn il-Knisja Kattolika u l-knejjes Insara l-oħra li primarjament huma l-Knisja Protestanta u l-Ortodossi.

Il-kunsill pontifiċju huwa mmexxi mill-Kardinal Kurt Koch, u bħala membri għandu lill-Kardinal Joseph William Tobin, u tliet isqfijiet oħra inkluż l-Isqof Grech.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fi stqarrija, il-MAM qalet li se twaqqaf id-direttivi għal ġimgħa min-nhar is-Sibt bit-tama li l-gvern jieħu azzjoni deċiżiva fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna. L-assoċjazzjoni qalet ukoll li l-Gvern għandu jgħaraf l-iżbalji…

Kronaka

Raġel ta’ 20 sena mill-Imtarfa ġarrab ġrieħi gravi u ieħor ta’ 21 sena mill-Imtarfa wkoll ġarrab ġrieħi ħfief wara argument li seħħ ilbieraħ fil-ħdax u nofs ta’ bil-lejl fil-Belt Valletta….

COVID-19

Ftit aktar minn 100 persuna ġew immultati talli fl-aħħar ġimgħa nqabdu mingħajr maskra f’ħames postijiet fejn hu obbligat li tintlibes fosthom fuq tal-linja u fil-ħwienet. Il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-maskra…

Aktar