Ħatriet
Ħatriet ġodda fi Projects Malta u Projects Plus

Il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali ħabbar il-ħatra tas-Sur David Matrenza fil-pożizzjoni ta’ Chairman ta’ Projects Malta u Projects Plus u s-Sinjura Marisa Marmarà bħala Kap Eżekuttiv ta’ Projects Malta, b’effett immedjat, filwaqt li l-Inġ James Camenzuli se jżomm postu bħala Kap Eżekuttiv ta’ Projects Plus.

Is-Sur David Matrenza ħadem f’diversi rwoli ta’ senior management f’Malta qabel ħa rwol usa’ barra minn pajjiżna ma’ kumpanija tal-IT fi Munich biex imexxi swieq emerġenti. Is-Sur Matrenza għandu esperjenza estensiva internazzjonali u rritorna lura Malta reċentement wara 20 sena fit-tmexxija tal-operat tal-bejgħ fis-settur tal-IT f’diversi partijiet tad-dinja. F’Malta, is-Sur Matrenza kien Chairman u wieħed mill-fundaturi tal-Iskola San Andrea u Chairman tas-Sezzjoni tal-IT fil-Kamra tal-Kummerċ.

Is-Sinjura Marisa Marmarà kienet taħdem fis-settur privat fejn kella pożizzjonijiet ta’ senior management f’numru ta’ organizzazzjonijiet. Mill-2017 ‘l hawn, kienet qed tokkupa l-irwol ta’ kelliema għal kvern u koordinatur tal-komunikazzjoni fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali.

L-Inġ James Camenzuli fi snin passati okkupa l-pożizzjoni ta’ Chairman tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi, filwaqt li mill-2017 ‘l hawn kien Kap Eżekuttiv ta’ Projects Malta u Projects Plus.

Aħbarijiet Oħra

Għat-tieni darba fl-aħħar ġimgħa, f’temp ta’ 24 siegħa, ġew dikjarati aktar persuni li fiequ mill-virus milli nfezzjonijiet ġodda. L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 31 każ ġdid ta’…

Il-General Workers Union għandha mal-400 kawża fuq il-kotba tagħha ta’ eks ħaddiema tat-Tarzna, li fetħu kawża għad-danni talli kienu esposti għall-asbestos waqt li kienu qed isewwu l-vapuri. Id-dokumentarju ‘Mewta Siekta’…

Sirjan ta’ 53 sena li jgħix Buġibba, baqa’ miżmum arrestat wara li l-Qorti se tagħti digriet dwar il-ħelsien mill-arrest tiegħu nhar it-Tnejn li ġej. Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, kompla…

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta’ 78 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 l-ewwel darba fil-11 ta’ Awwissu u ġiet ikkonfermata li negattiva għall-Covid-19…

Aktar