Politika
‘Ħatriet pubbliċi mhumiex kunflinġenti mal-ħidma parlamentari’ – Mario Cutajar

F’rapport li ppubblika f’Lulju li għadda wara talba mid-Deputat Godfrey Farrugia, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, Dr George Hyzler ddeskriva li l-prattika li l-membri parlamentari jkunu impjegati jew konsulenti tal-Gvern bhala ‘fundamentalment ħażina’ għax tmur kontra l-ispirtu tal-Kostituzzjoni.

Izda analiżi li saret mis-Segretarju Permanenti Ewlieni, Mario Cutajar bl-għajnuna tal-Avukat Ġenerali Peter Grech u l-espert kostituzzjonali l-Professur Ian Refalo ikkonkludiet li dawn il-ħatriet m’humiex kunflinġenti mal-hidma parlamentari.

“Ma qablux ma’ dik il-konklużjoni u r-riċerka li għamilna f’pajjiżi oħrajn ukoll turi li m’għandhix għalfejn naqblu ma’ dik il-konklużjoni,” qal is-Sur Cutajar.

Is-Sur Cutajar qal li l-analiżi saret fuq talba tal-Prim Ministru stħarrġet kunsiderazzjonijiet oħra li saru fir-rapport ta’ Dr Hyzler fosthom fuq il-persons of trust fic-ċivil. Il-Kap taċ-Ċivil qal li għalkemm dawn l-impjegati huma regolati, qed jirrakkomanda referenzi legali jew liġi speċifika anke dwar il-hatriet tad-deputati parlamentari f’entitajiet tal-gvern.

“Biex minn hemmhekk joħorġu l-prinċipji ġenerali ta’ fejn għandu jkun hemm membri parlamentari fil-bordijiet tagħhom u fejn m’għandhomx ikunu u fl-aħħar nett anke rakkomondazzjoni li l-kodiċi etika li hemm bħalissa fil-public administration Act li jkopri lil dawk kollha li jaħdmu b’xi mod fl-amministrazzjoni pubblika anke fil-bordijiet tal-entitajiet hemm ukoll ikollna l-emendi meħtieġa biex jirriflettu dan il-qafas kollu li qed nitkellmu dwaru,” żied jgħid is-Segretarju Permanenti Ewlieni.

Is-Sur Cutajar waqt li ippublika l-analiżi u l-pariri legali qal li dawn se jiġu ppreżentati lil-kabinett u diskussi fil-kumitat permanenti għall-istandards fil-ħajja pubblika.

Aħbarijiet Oħra
Xogħol

L-aħħar ċifri dwar l-impjiegi juru li sa Lulju li għadda, il-ħaddiema fis-suq tax-xogħol kienu jgħoddu ftit aktar minn 221,000 ruħ. Ċifri ta’ Jobsplus maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fuq…

Lokali

Il-President tal-Parlament Ewropew, David Sassoli kiteb lill-mexxejja Ewropej li llum waranofsinhar u għada se jiltaqgħu għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fi Brussell biex jieħdu pożizzjoni fuq Malta u jassiguraw li l-valuri Ewropej…

Lokali

Il-Ministru Owen Bonnici qal li jħossu ttradut jekk hu minnu li Yorgen Fenech qal lil Melvic Theuma li kien hemm laqgħa bejn il-Prim Ministru, il-Ministru Bonnici u Keith Schembri. Dan…

Lokali

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonnici, ippubblika pakkett ta’ emendi għal-liġijiet tad-droga li bis-saħħa tagħhom, il-Qrati se jkollhom iktar diskrezzjoni dwar is-sentenza li għandhom jagħtu f’każ ta’ sejbien ta’ ħtija f’każijiet ta’…

Aktar