Kunsilli Lokali
Ħ’Attard jikkonferma s-sindku tiegħu Stefan Cordina

Stefan Cordina ġie kkonfermat sindku ta’ Ħ’Attard.

Il-Partit Nazzjonalista rebaħ il-kunsill ta’ Ħ’Attard u eleġġa lil Stefan Cordina, Alex Mangion, Connie Scerri, Remigio Bartolo, Silvio Brincat u Giorgio Schembri.

Helen Caruana, John Bonnici u Victor Galea ġew eletti f’isem il-Partit Laburista.