Lokali
AĠĠORNAT: Jitkellem ħabib ta’ Dan Udrea – ħbieb tal-vittma jiġbru l-flus għall-funeral

Diversi siti internazzjonali tal-aħbarijiet, b’mod partikolari dawk Rumeni rrapportaw il-mewta traġika ta’ Dan Udrea. Il-missier ta’ żewġt itrabi li, tilef ħajtu f’inċident skerz meta siġra waqgħet fuq il-karozza li fih kien hemm hu u martu. Il-komunità Rumena f’Malta tinsab f’luttu għat-telfa ta Dan deskritt min dawk li jafuh bħala raġel tal-affari tiegħu u ta’ qalb tajba.

Il-koppja Rumena, Dan Udrea u martu Irina, kienet ilha tgħix Malta seba’ snin, flimkien ma’ ommu. Huma ġew Malta mal-familja biex isib futur aħjar. Fil-ħin tal-inċident skerz, li seħħ kmieni s-Sibt filgħodu fl-Imrieħel, il-koppja kienet sejra għax-xogħol fl-Imrieħel stess. Ftit minuti biss qabel, ħallew liż-żewġt itfal tagħhom subien – Edy ta’ 3 snin u Oli ta’ sitt xhur -ma’ ommu li tgħix magħhom fil-Mosta.

Din it-traġedja ħalliet impatt kbir fuq il-komunità Rumena f’Malta, kif tkellem ma’ TVM, Mihai Leonti, li kien jafu mil-qrib.

Mihai Leonti qal li “he was a great man. Always smiling never complaining. Great father. It is not easy for sure. Theye were an example for us. A great family. Unfortunately that tree fell and we are all moved and we try to help them pass this tragic moment.”

Mihai kien wieĦed mill-ewwel persuni li l-Ħadd tkellem ma’ Irina li għadha rikoverata fl-isptar minħabba ġrieħi serji li sofriet f’rasha. Hija għamlet ħin twil fil-periklu tal-mewt, iżda l-kundizzjoni tagħha issa hija stabbli.

Qal li din l-omm m’għandiex biżżejjed flus biex tkopri l-ispejjeż tal-funeral ta’ Dan fir-Rumanija.

Mihai Leonti qal li “Dan will be burried in Romania.Thats the wife wishand the cost is approcimately of €4,900, to take body there, flight and all other expenses. We have a deqadline till Tuesday evening.”

Fuq Facebook, Irina kitbet messaġġ dwar żewġha : “So much for me. some beautiful memories and our wonderful little children. We will keep you in our hearts forever. I love you a lot, I will always love you.”

Ara wkoll:

AĠĠORNAT (2): Dan Udrea huwa l-vittma fl-inċident tal-Imrieħel

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Pittura tal-Kardinal Malti Prospero Grech ingħaqdet mal-kollezzjoni tal-arti fil-Mużew tal-Katidral fl-Imdina. Il-pittura saret mill-artista Filippa Bianchi wara li studjat il-karattru tal-kardinal u semgħet mingħandu l-mod kif xtaq li tinħoloq ix-xbieha…

Unjoni Ewropea

Il-Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar il-Kriminalità Finanzjajra u l-Evażjoni tat-Taxxa jrid li l-istati membri tal-Unjoni Ewropea jżarmaw il-programmi tagħhom li bihom jagħtu ċittadinanza jew residenza b’investiment. F’abbozz ta’ rapport imħejji mill-kumitat…

Lokali

Bdiet taħdem l-ewwel sistema li permezz tagħha għadd ta’ karozzi elettriċi jistgħu jintużaw minn persuni differenti matul l-istess ġurnata. Din se titħaddem mill-kumpanija CAR2GO Israel bħala parti minn ftehim ma’…

Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet ir-raba’ edizzjoni tal-kampanja ‘Naħseb Fik’. Din il-kampanja hi proġett li permezz tiegħu gruppi ta’ persuni identifikati jkunu jistgħu jagħmlu xewqat għal rigali partikolari u…

Aktar