Kultura
Ħdax-il żeffien professjonali fi spettaklu ta’ Żfin Malta

Il-kumpanija nazzjonali taż-żfin se ttella’ spettaklu ta’ tliet koreografi rinomati internazzjonalment li jirriflettu diversità fl-istili.

Il-kumpanija nazzjonali taż-żfin, Żfin Malta, se tippreżenta serata ta’ koreografija minn tliet diretturi internazzjonali taż-żfin bix-xogħlijiet interpretati minn ħdax-il żeffien professjonali.

Jorge Crecis, Jacopo Godani u Riccado Buscarini huma tliet koreografi ta’ stoffa li rebħu għadd ta’ awards internazzjonali.

Id-direttur tal-kumpanija Żfin Malta, Paolo Mangiola, qal li ż-żeffiena se jinterpretaw iż-żewġ żifniet li iddebuttaw bihom fil-festival internazzjonali tal-Arti dan is-Sajf.

Magħhom tiżdied ukoll il-premiere internazzjonali tat-tielet żifna Silk, bit-tliet żifniet jesebixxu l-flessibiltà u l-versatilità taż-żeffiena li jaqilbu minn storja ta’ vjaġġ fis-Siberja abbord ferrovija mir-Russja għaċ-Ċina.

“They transform and they can change and it’s a beautiful metaphor of what happens in life,” qal Paolo. “It’s a playful work that unfolds through a set of rules.”

Il-wirja tintemm bi spettaklu tekniku. Qal li sfida ewlenija għaż-żeffiena se tkun li jaqilbu minn stil għall-ieħor f’temp ta’ erba’ minuti.

“The third one is the more abstract work but it’s also the most neoclassical, and here you see the dancers displaying their technique… so it’s really an evening where the people can witness the versatility and the excellence of Żfin Malta and the dancers.”

Il-wirja ta’ Żfin Malta se ssir nhar il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd filgħaxija fil-Valletta Campus Theatre.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Inqas minn xahar bogħod mill-Karnival, karru satiriku qajjem kontroversja. L-awtoritajiet iridu li l-karristi jbiddluh biex ma jkunx offensiv waqt li l-karristi qed jiddefendu l-idea tal-karru u jgħidu li ma ġietx…

Trasport

Minn nhar is-Sibt it-traġitti bil-passiġġieri bejn Malta u Kemmuna ser jibdew isiru minn Kooperativa Comino Ferries li fiha seba’ operaturi. Il-koperattiva kienet l-uniku operatur li għamel l-offerta wara sejħa pubblika…

Lokali

Persuni b’mard kroniku jew diżabilità qed iħossuhom diskriminati li kumpaniji tal-assikurazzjoni mhux qed iħalluhom jixtru polza ta’ assikurazzjoni fuq ħajjithom li mingħajrha ma jistgħux jieħdu self mill-bank jew possibilment jibdew…

Lokali

Il-missjoni tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku, bħala organu mwaqqaf mill-Kostituzzjoni, hi li tassigura li l-ingaġġ ta’ ħaddiema maċ-ċivil ikun effiċjenti u bbażat fuq il-mertu. Il-Kummissjoni tieħu ħsieb ukoll il-proċeduri dixxiplinarji fil-konfront tal-ħaddiema…

Aktar