Barranin
Fl-Italja: Ħeba €40,000 f’torta iżda s-sieħba tefgħetha fil-forn

Għall-imprenditur Taljan Alberto Vazzoler, li jaħbi €40,000 f’torta nejja kienet probabbli waħda mill-agħar deċiżjonijiet li qatt għamel.

Dan għaliex mhux biss il-flus spiċċaw maħruqa fil-forn meta s-sieħba sabet l-istrudel u ddeċidiet li taħmiha, iżda dan l-inċident kien ukoll il-prova li l-pulizija kellha bżonn biex tinvestigah u takkużah b’ħasil ta’ flus.

Il-Pulizija, li kienu ilhom isegwu l-passi ta’ Vazzoler, semgħu telefonata bejn is-sieħba tiegħu Silvia Moro u oħtha, fejn qaltilha li bi żball kienet ħarqet €40,000 fil-forn.

Vazzoler beda l-karriera bħala dentist, iżda jidher li għamel kemxa ġmielha meta fis-snin disgħin daħal fis-suq tal-bejgħ tar-reklami fuq is-siti tal-internet.

Huwa qed ikun akkużat b’evażjoni fiskali fuq suspetti li rriċikla mal-€40 miljun.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Miljuni ta’ votanti f’wieħed u għoxrin pajjiż tal-Unjoni Ewropea qed jivvutaw fir-raba’ u l-aħħar jum tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew biex ikunu magħrufa s-751 ewroparlamentari li se jservu fil-ħames snin li ġejjin….

Barranin

Il-Peru jinsab taħt xokk hekk kif ftit tal-ħin ilu, terremot qawwi li mmarka 8.0 fiq l-iskala richter riegħed xi żoni tal-pajjiż. L-iktar milquta huma Yurimaguas u Tarapoto. L-epiċentru tat-terremot immarka fond…

Kurżitajiet

Ilbieraħ filgħaxija, vann li kien ipparkjat kemxejn ‘il barra mill-kaxxa tal-parking, wassal biex weħħel coach fi triq dejqa f’Paceville. Ix-xufier tal-coach irnexxielu jgħaddi biss bis-saħħa ta’ xi wħud li kienu…

Aktar