Qorti
Ħebb u seraq anzjana fis-subway ta’ ħdejn l-isptar Mater Dei

Gareth Chlach ta’ 21 sena ammetta li fit-3 ta’ Jannar aggredixxa u seraq portmoni ta’ anzjana ta’ 71 sena fis-subway ta’ ħdejn l-isptar Mater Dei. Hu ġie mixli li wettaq reat f’perjodu operattiv ta’ sentenza.

L-ispetturi Fabian Fleri u Lydon Zammit qalu li l-akkużat ġie identifikat minn filmati ta’ cameras tas-sigurtà u mid-deskrizzjoni tal-anzjana. Qalu li mal-pulizija hu ammetta l-involviment tiegħu fil-każ u talab apologija. Huma ma kinux tal-parir li jingħata sentenza ta’ ħabs għaliex għaddej minn problemi soċjali. Il-Maġistrat Lia poġġietu taħt probation għal tliet snin u ordnatlu fost oħrajn biex ma jersaqx lejn il-vittma.