Kronaka
ARA: Arrestat ir-raġel li tefa’ l-pepper spray f’wiċċ impjegat u seraq €3,000 minn ħanut f’Tas-Sliema

Ġermaniż ta’ 32 sena ġie arrestat b’rabta ma’ allegat serqa li seħħet ilbieraħ, f’ħanut f’Tas-Sliema. Ir-raġel kien arrestat kmieni dalgħodu mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, fil-Gżira.

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-2.45pm, il-Pulizija ġew infurmati li kienet għadha kemm seħħet serqa minn ħanut fi fi Triq il-Creche.

Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li fil-ħanut daħal raġel u mill-cash register seraq madwar €3,000. Waqt din is-serqa, l-allegat ħalliel tefa’ pepper spray f’wiċċ l-impjegat li kien fil-ħanut. Wara li seraq il-flus, ir-raġel ħarab minn fuq il-post.

L-investigazzjonijiet fuq dan il-każ qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Tas-Sliema u mill-Pulizija tal-Iskwadra tar-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali.

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Inġiniera mill-Università ta’ Malta qed jibnu apparat li jiddiżinfetta l-maskli, bil-għan li dawn ma jintużawx darba biss u jintremew. Qalet dan fi stqarrija l-Università ta’ Malta, li saħqet li dan…

COVID-19

HSBC Bank Malta nieda serje ta’ miżuri addizzjonali biex dejjem aktar jappoġġja lin-negozji milquta b’mod negattiv mit-tixrid tal-Covid-19.  Dawn il-miżuri ġodda tfasslu speċifikament għal dawk il-klijenti li qegħdin jiffaċċjaw tfixkil…

Ekonomija u Finanzi

Sal-aħħar ta’ Diċembru li għadda, il-Gvern kellu surplus ta’ €9,400,000 fil-fond konsolidat, filwaqt li f’Diċembru tal-2018, il-fond konsolidat kellu defiċit ta’ aktar minn €70 miljun. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li…

Lokali

Fl-2018, Malta kellha t-tieni l-akbar tnaqqis fl-għoti taċ-ċittadinanza waqt li l-akbar numru ta’ ċittadini barranin li kkwalifikaw għaċ-ċittadinanza Maltija kienu mir-Renju Unit. Skont ċifri tal-Eurostat, fl-2018, Malta tat iċ-ċittadinanza tagħha…

Aktar