Barranin
Hedded lill-plejers tiegħu stess b’pistola waqt logħba futbol

Xeni mhux tas-soltu fil-futbol, hekk kif President ta’ klabb Grieg, ma aċċettax il-fatt li kien tħassrilhom gowl waqt partita futbol tas-Super League.

Il-każ seħħ ftit minuti qabel intemmet il-partita PAOK Thessaloniki u AEK Athens li kienet qed tintlagħab fl-Istadium ta’ Toumba.   Kienet logħba kumbattuta bejn Thessaloniki li jinsabu t-tielet fil-kampjonat u l-tim ta’ Ateni li jinsab fil-quċċata tal-klassifika.

Malli l-President ta’ PAOK Ivan Savvidis induna li r-referee kien ħassrilhom il-gowl ta’ Fernando Valera li bih setgħu żblokkaw ir-riżultat, ħareġ fil-ground armat b’pistola u hedded lill-plejers tat-tim tiegħu stess biex jitilqu mill-ground b’turija ta’ protesta.

Il-logħba ġiet abbandunata sagħtejn wara li ġie skurjat il-gowl, li kien hemm min qal li fil-bidu r-referee Giorgos Kominis ikkonvalidah, iżda bil-konfużjoni li nqalgħet waqt il-partita mbagħad intqal li kien imħassar.

Il-plejers ta’ Thessaloniki baqgħu fil-pitch jargumentaw dwar il-gowl imħassar fl-injury time, filwaqt li l-plejers tal-klabb rivali ħarbu jiġru lejn id-dressing rooms u baqgħu imsakkrin hemm għal ħin twil sakemm is-sitwazzjoni ġiet taħt kontroll.

Il-President tal-bianconeri Griegi ġie skortat mill-forzi tal-ordni barra l-ground, filwaqt li t-tim ta’ Ateni qal li se jirrapporta l-każ lill-Pulizija biex tieħu l-passi meħtieġa fil-konfront ta’ Savvidis.

Skont il-media barranija, ilbieraħ Savvidis ħareġ fil-pitch darbtejn akkumpanjat mill-uffiċċjali tas-sigrutà tiegħu. Fit-tieni darba li għamilha neħħa l-ġakketta u kulħadd seta’ jara li kien armat.

Uffiċċjali ta’ AEK qalu li l-ewwel darba li ħareġ fil-ground, il-President ta’ PAOK hedded lir-referee sakemm ġie skortat ‘l barra mill-pitch.  Qed ikun irrappurtat li Savvidis huwa wieħed mill-iktar nies sinjuri fir-Russja u ħabib tal-President Vladimir Putin.

Imwieled il-Ġeorġja, iżda b’ċittadinanza doppja – Griega u Russa – Savvidis xtara l-klabb ta’ PAOK Thessaloniki fl-2012 u kemm ilu fit-tmun għenhom jirbħu t-Tazza Griega l-istaġun li għadda.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Kurżitajiet

Missier id-Dukessa ta’ Susses, Thomas Markle, qal li bintu bkiet meta saret taf li hu ma kienx se jattendi għat-tieġ tagħha mal-Prinċep Harry. F’intervista waqt il-programm Good Morning Britain fuq…

Barranin

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-partitarji Messikani spiċċaw biex immarkaw fuq l-apparat li jkejjel it-terremoti. Tant qabżu bil-ferħ il-partitarji lbieraħ li l-apparat li jimmarka l-qawwa tat-terremoti, immarka bħallikieku seħħet theżżiża. Il-Messiku rebaħ 1-0 kontra…

Barranin

Il-plejer Eġizzjan Mohamed Salah iċċelebra għeluq sninu f’Ċeċnija hekk kif flimkien mat-tim tiegħu, jinsab ir-Russja għat-Tazza tad-Dinja 2018. Minkejja li l-ġurnata t’għeluq sninu ma bdietx bit-tajjeb wara li l-Eġittu tilef kontra…

Barranin

Il-Prinċep Kambodjan u eks Prim Ministru Norodom Ranariddh u martu Ouk Phalla kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku ikraħ huma u sejrin għal attività politika. Il-Prinċep u martu ttieħdu l-isptar b’urġenza wara li taxi…

Aktar