Saħħa
Ħelikopter ieħor għat-trasport tal-pazjenti bejn Malta u Għawdex

Steward Healthcare, li topera l-isptar Ġenerali t’Għawdex, żiedet ħelikopter ieħor mgħammar apposta għat-trasport tal-pazjenti bejn l-isptar t’Għawdex u l-isptar Mater Dei. B’hekk il-kumpanija issa għandha żewġ ħelikopters biex dejjem ikun hemm ambulanza tal-ajru disponibbli f’Għawdex, anki meta ssir il-manutenzjoni.

Kelliem għal Steward Healthcare qal li l-ambulanza tal-ajru tista’ tintuża għall-ġarr tal-pazjenti tal-COVID-19, kif ukoll f’każi ta’ attakk tal-qalb u pazjenti li jkollhom bżonn trattament fl-isptar Mater Dei fl-inqas ħin possibli.

Il-ħelikopter bir-reġistrazzjoni 9H-EMS beda jintuża fi Franza fl-1998. Wara li wasal Malta x-xahar li għadda, ingħata l-libsa ta’ Steward Healthcare. Fix-xhur li ġejjin mistenni jasal ħelikopter ieħor tal-istess għamla.